Posts

Pjanic: “Ninsab kuntent u emozzjonat”

“Ninsab kuntent u emozzjonat li ninsab hawn. Qattajt erba’ snin sbieħ ħafna hawn. Ninsab kuntent li qed nerġa’ niltaqa’ mal-plejers u l-istaff li ħdimt tant tajjeb magħhom. Se tkun partita diffiċli kontra tim tajjeb daqsna li qed jimmira għall-ewwel post. Naf sew il-mentalità t’hawn u kemm hi importanti għalihom dil-partita.” Hekk tkellem Miralem Pjanic dwar Juventus-Barcellona.

Matthew Scerri

Pjanic: “Sarri ma kellux fiduċja fina”

F’intervista mogħtija lil Tuttosport, Miralem Pjanic kellu l-opportunità jgħid tiegħu dwar Maurizio Sarri. Skontu, Sarri qatt ma kellu fiduċja fil-plejers Juventini u dan wassal biex qatt ma kien hemm dik l-ispark bejnu u bejn il-plejers li twassal għar-riżultati. Fi kliem Pjanic, Sarri ma emminx biżżejjed fil-plejers li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu u dan fixkel mhux ftit lit-tim. Minkejja kollox, però, it-tim xorta waħda rnexxilu jirbaħ il-kampjonat, li mhi qatt ħaġa faċli.

Matthew Scerri

It-trasferimenti kollha ta’ Juventus das-sajf

Is-suq tat-trasferimenti hu issa uffiċjalment magħluq. F’dis-sessjoni tas-sajf, Juventus kisbu lil Morata, Chiesa, McKennie u Arthur, flimkien ma’ Kulusevski li kien inxtara f’Jannar. Inxtara mill-ġdid anki Mandragora li tħalla b’self ma’ Udinese.

Telqu lil Juventus: Pjanic (Barcellona), Rugani (Rennes), Pellegrini (Genoa), Romero (Atalanta), Perin (Genoa), Pjaca (Genoa), Nicolussi Caviglia (Parma), De Sciglio (O.Lyon) u Douglas Costa (Bayern Munich). Ta’ min jgħid li, apparti Pjanic, il-plejers kollha imsemmija, ġew mislufa u mhux mibjugħa. Saru, imbagħad, diversi trasferimenti ta’ plejers mit-tim Under 23 u l-Primavera.

Apparti dawn telqu anki Matuidi u Higuain ma’ Inter Miami wara li xoljew il-kuntratt ma’ Juventus. Paratici naqas imma li jsib ftehim ma’ Khedira biex il-kuntratt tiegħu jkun itterminat qabel iż-żmien.

Matthew Scerri