Posts

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Lulju)

Partita oħra ta’ ħbiberija mill-passat ta’ Juventus. Bħal-lum fl-2010 Juventus kienu lagħbu kontra Al-Nassr Riyad u rebħu 5-0.

Bħal-lum fil-passat (13 ta’ Lulju)

Immorru lura għas-sena 2004 meta Juventus għelbu lil Alessandria bl-iskor ta’ 5-0 f’partita ta’ ħbiberija.

Juventus-Novara bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Novara. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.

Sors: Juventus.com

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Novara

Juventus-Novara 5-0

L-era Pirlo bdiet b’rebħa u b’wirja sostanzjalment tajba. F’dan l-istadju għadu kmieni wisq biex wieħed jiġġudika lit-tim u għaldaqstant kull kumment hu kemxejn superfluwu. Il-partita kontra Novara wrieta li Pirlo għandu f’moħħu s-sistema tat-3-4-1-2, sistema li jekk xejn se tagħti ċ-ċans lil Cuadrado u lil Alex Sandro jilagħbu iktar qrib il-lasti avversarji milli kienu jagħmlu sena ilu. Il-plejers kollha dehru motivati, inklużi nies bħal Pjaca u Pellegrini li għadhom ma jafux jekk humiex se jibqgħu jew le. Il-ġodda (McKennie, Kulusevski, Arthur, kif ukoll dawk li ġew lura: Pellegrini, Pjanca u Nicolussi Caviglia) dehru integrati sew fil-mekkaniżmi tat-tim. Arthur forsi hu dak li deher l-inqas, għalkemm tajjeb infakkru li l-pożizzjoni tiegħu fil-grawnd kienet kemxejn arretrata u għaldaqstant ma tantx seta’ jidher wisq. Mil-lat ta’ logħob, għalkemm għadu kmieni biex nikkummentaw, jidher li t-tim qed idawwar il-ballun b’mod iktar veloċi u, għall-kuntrarju tas-sena li għaddiet, m’hemmx il-bżonn li jmiss il-ballun t-tim kollu biex naslu għax-xutt fil-lasta tat-tim avversarju. Insomma, il-ħidma ta’ Pirlo u l-istaff tiegħu sejra fid-direzzjoni t-tajba. Jonqos ħafna xi jsir, kif inhu normali, u fuq kollox jonqos li jinxtraw xi plejers li tant huma meħtieġa biex jogħla l-livell ta’ kompetittività tat-tim.

JUVENTUS-NOVARA 5-0

Skurjaw: Ronaldo (J), Ramsey (J), Pjaca (J), 2 Portanova (J)

Juventus (3-4-1-2): Szczesny (Buffon); Danilo (Rugani), Bonucci (Demiral), Chiellini (Pellegrini); Cuadrado (Portanova), McKennie (Arthur), Rabiot (Bentancur), Alex Sandro (De Sciglio); Ramsey (Nicolussi Caviglia); Kulusevski (Pjaca), Ronaldo (Douglas Costa). Kowċ:  Pirlo.

Novara (4-3-2-1): Lanni; Pagani (Lorenzi), Bellich (Lamanna), Bove (Pogliano), Cagnano; Nardi (Hrkać) (Bianchi), Collodel (Spitale), Schiavi (Zunno); Cisco (Buzzegoli), Panico (M. Tordini); Bortolussi (Gonzalez). Kowċ: Banchieri. 

Matthew Scerri

McKennie u Kulusevski fost l-aqwa fl-ewwel taqsima

McKennie u Kulusevki kienu l-uniċi mill-plejers il-ġodda li lagħbu fl-ewwel taqsima kontra Novara. Huma kellhom wirja tajba ferm. Nafu li l-avversarji huma li huma, imma xorta waħda ninsabu kuntenti għall-fatt li McKennie u Kulusevski wrew li integraw sew ma’ sħabhom. McKennie deher li hu plejer simili għal Matuidi għax jirbaħ ħafna blalen, imma b’iktar kwalità mill-Franċiż meta jilgħab il-ballun. Kulusevski lagħab quddiem flimkien ma’ Ronaldo. Mhix eżattament il-pożizzjoni tiegħu, biss deher jiftiehem sew ma’ Ronaldo u kien proprju Kulusevski li qassam il-ballun lil Ronaldo fl-ewwel gowl.

Matthew Scerri

Uffiċjali: L-ewwel ħdax ta’ Juventus kontra Novara

Juventus ħabbru li kontra Novara Andrea Pirlo se juża lill-dawn il-plejers mill-ewwel minuta:

Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, McKennie, Rabiot, Ramsey, Alex Sandro; Kulusevski, Ronaldo.

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Novara

Juventus (3-5-2): Szczesny; Demiral, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, Bentancur, Arthur, Rabiot, Alex Sandro; Kulusevsky, Ronaldo.
Fuq il-bank tas-sostituti: Buffon, Pinsoglio, De Sciglio, Rugani, Pellegrini, Danilo, McKennie, Douglas Costa, Pjaca.

Novara (4-3-2-1): 
Lanni; Pagani, Bellich, Bove, Cagnano; Nardi, Collodel, Schiavi; Cisco, Panico; Gonzalez.
Fuq il-bank tas-sostituti: Marricchi, Spada, Hrkac, Rusconi, N. Tordini, M. Tordini, Spitale, Lorenzi, Pinotti, Zunno, Bortolussi, Bianchi, Buzzegoli.

Sors: Tuttojuve.com

Illum Juventus-Novara

Dalgħodu fl-10.30 Juventus se jilagħbu l-ewwel vera partita ta’ ħbiberija għal dan l-istaġun. L-avversarji se jkunu Novara u din hi meqjusa bħala l-provi ġenerali qabel il-bidu tal-kampjonat sebat ijiem oħra. Mil-lum se nibdew naraw fl-azzjoni l-Juventus ta’ Pirlo u se jkollna indikazzjoni dwar is-sistema ta’ logħob li se jużaw. Ovvjament mhix se tkun il-proprja Juventus dik li se naraw illum peress li hemm xi plejers barra b’injuries, oħrajn li mhux se jiġu riskjati għalxejn wara l-impenji tat-timijiet nazzjonali, kif ukoll għad hemm plejers li jridu jinxtraw. Insomma, se naraw il-Juventus, imma ma rridux ninsew li bħalissa kollox hu work in progress.

Matthew Scerri

Filmat: It-training tad-9 ta’ Awwissu 2020