Posts

Raiola kien fil-Continassa llum

Mino Raiola kellu laqgħa mad-diriġenti ta’ Juventus hekk kif dawn spiċċaw jitkellmu ma’ Mendes. Hu deher dieħel fil-Continassa madwar nofs siegħa wara li telaq Mendes. L-ghidut hu li Juventus tkellmu ma’ Raiola dwar Kean u Wesley. L-ewwel wieħed jista’ jkun dak li se jieħu post Ronaldo fl-attakk Juventin. Wesley, mill-banda l-oħra, hemm bżonn li jinbigħ barra mill-Italja biex Juventus ikunu jistgħu jirreġistraw plejer extrakomunitarju ieħor (xi ħadd tipo Gabriel Jesus biex niftehmu).

Matthew Scerri

Donnarumma-Juventus. Raiola reġa’ kien Turin

Juventus jinsabu f’kuntatti kontinwi ma’ Mino Raiola għal Gigio Donnarumma li għandu kuntratt ma’ Milan li jiskadi f’Ġunju. Milan mhux se jgħollu l-offerta tagħhom ta’ tmien miljuni fis-sena. Raiola qed jitlob ferm iktar minn hekk u Juventus lesti jissodisfaw it-talba tiegħu. Nhar l-Erbgħa li għadda Raiola reġà kien Turin biex ikompli bit-taħdidiet ma’ Juventus. Madankollu, kif għidna drabi oħra, Juventus iridu qabelxejn ibigħu lil Szczesny li għandu paga għolja. F’das-sens jidher li fil-Premier League hemm interess minn diversi timijiet f’Szczesny.

Matthew Scerri

Raiola kien Turin. X’qed jinħema?

Mino Raiola kien Turin fil-jiem li għaddew u hemm anki rapporti li nhar it-Tlieta li għadda hu raqad fil-JHotel. Bħalissa għaddejjin ħafna spekulazzjonijiet online dwar liema plejer hu tkellem ma’ Juventus. Qed jissemmew is-soltu ismijiet ta’ plejers li tagħhom Raiola hu l-aġent: Romagnoli, Pogba, Kean u Donnarumma. Ma jidhirx li hemm ir-riskju li Juventus jitilfu lil De Ligt hekk kif il-klawżola li permezz tagħha jista’ jinħall mill-kuntratt mhix valida għal dis-sena.

Matthew Scerri

Raiola jistqarr li ma jaqbilx ma’ Borussia dwar il-futur ta’ Haaland

Mino Raiola reġa’ għamilha! F’intervista lil Sport 1, Raiola tkellem dwar il-futur ta’ Haaland u wera li ma jaqbilx mal-pożizzjoni tal-klabb tiegħu: “Hu veru li ltqajt mad-diriġenti tal-klabb u tennewli r-rieda tagħhom li ma jneħħux lil Haaland das-sajf. Nirrispetta l-għażla tagħhom imma ma jfissirx li naqbel magħhom. Għandi relazzjoni tajba ferm magħhom u m’hemm l-ebda gwerra bejnietna.”

Matthew Scerri

Raiola: “Diffiċli li Pogba jitlaq lil Manchester United f’Jannar”

Mino Raiola stqarr li hu diffiċli li Paul Pogba jitlaq lil Manchester United f’Jannar. “Il-plejers il-kbar rari jiċċaqilqu f’Jannar. Issa naraw x’se jiġri fis-sajf,” spjega l-aġent.

Matthew Scerri

 

Juventus fuq quddiem nett biex jiffirmaw lil Gravenberch

Il-media Olandiża hi konvinta li Juventus jinsabu lesti li jinvestu somma ta’ ftit inqas minn 5 miljuni biex jiksbu lil Ryan Gravenberch ta’ Ajax. L-aġent tiegħu nafu li hu Mino Raiola li għandu relazzjonijiet tajba fem ma’ Juventus.

Matthew Scerri