Posts

Injury anki għal Ramsey

Aaron Ramsey sofra injury muskolari fi tmiem il-partita kontra Udinese. Dalgħodu sarulu xi testijiet u rriżulta li l-entità tal-injury mhux gravi. Għaxart ijiem oħra se jsirulu testijiet oħra.

Matthew Scerri

Klabbs tal-Premier League jridu lil Ramsey

“Se nagħmel minn kollox biex nitlaq.” Hekk stqarr ftit tal-jiem ilu Aaron Ramsey. Il-futur, nisperaw qarib, tiegħu x’aktarx se jkun mill-ġdid fil-Premier League. Crystal Palace, West Ham u Everton ilhom isegwuh u qed juru interess qawwi fih. Jidher li anki Arsenal lesti jilqgħuh lura tant li kellhom kuntatt mal-aġenti tiegħu. L-ikbar ostaklu għal dat-trasferiment jibqa’ l-fatt li Ramsey għandu paga fenomenali ma’ Juventus (7.5 miljuni fis-sena) u ma nafux kemm timijiet oħra lesti jiggarantulu li jibqgħu jagħtuhielu.

Matthew Scerri

Ramsey jsostni li se jibqa’ ma’ Juventus

Aaron Ramsey stqarr li s-sentejn li qatta’ ma’ Juventus kienu “frustranti” ħafna l-għaliex kellu serje ta’ injuries li waqqfuh milli juri x’jaf. Mistoqsi dwar il-futur tiegħu, Ramsey wieġeb: “Jien plejer ta’ Juventus u wara l-Euro se mmur lura Turin.”

Matthew Scerri

Ramsey fil-mira ta’ klabbs Ingliżi

Il-gazzetta Mirror qed tagħti l-aħbar li Aaron Ramsey jinsab fil-mira ta’ klabbs tal-Premier League għal das-sajf. Il-klabbs li qed juru interess fih huma Tottenham u Wolves.

Matthew Scerri

Juventus lesti jbigħu lil Ramsey u jiffirmaw lil Calhanoglu minfloku

Aaron Ramsey jista’ jitlaq lil Juventus f’każ li tasal offerta tajba fuq il-mejda ta’ Paratici. Skont Tuttosport hemm PSG u xi klabbs mill-Premier League Ingliża li qed juru interess fih. Jekk jitlaq Ramsey, postu ma’ Juventus ikun jista’ jieħdu Calhanoglu jekk verament ikun free-agent minn Frar li ġej.

Matthew Scerri

Aġġornament dwar il-plejers b’injury

Illum kellna aġġornament dwar il-plejers Bianconeri li jinsabu barra mill-azzjoni minħabba injuries. Chiellini, Ramsey u Chiesa għadhom għaddejjin bil-fiżjoterapija biex jirkupraw mill-injuries li sofrew. Alex Sandro u De Ligt ittrenjaw illum għal xi ħin mal-bqija tal-grupp, filwaqt li Dybala segwa programm personalizzat, jiġifieri ma ttrenjax ma’ sħabu.

Matthew Scerri

Problema fiżika ta’ natura differenti għal Arthur u Ramsey

Arthur u Ramsey ma setgħux ikomplu l-partita kontra Ferencvaros. Arthur jidher li kellu problema fl-istonku u għalhekk inbidel bejn l-ewwel u t-tieni taqsima. Ramsey, mill-banda l-oħra, rajnieh jaqa’ mal-art minħabba problema muskolari. Għada nkunu nafu kif jinsabu.

Matthew Scerri

Ramsey jew McKennie għal-lejla?

L-uniku dubju li allegatament fadallu Pirlo għal-lejla hu min se jilgħab wara l-attakkanti. L-għażla tidher li se tkun bejn Ramsey u McKennie, b’dan tal-aħħar jidher li hu l-favorit wara li ekllu wirja pjuttost tajba kontra Spezia. Fil-bqija jidher li kollox hu deċiż: Danilo, Bonucci u Chiellini quddiem Szczesny, b’Cuadrado, Arthur, Rabiot u Kulusevski f’nofs il-grawnd. Quddiem se jkun hemm il-koppja Ronaldo-Morata.

Matthew Scerri