Posts

Ronaldo fi triqtu lejn Turin!

Cristiano Ronaldo se jqatta’ l-perjodu ta’ kwarantina f’Turin skont ABola u Calciomercato.com. Għall-kuntrarju ta’ dak li deher għall-ewwel, Ronaldo mhux se jibqa’ l-Portugall sakemm ikun negattiv. Hu minflok jinsab fi triqtu lejn Turin bil-jet privat tiegħu. Mal-wasla tiegħu l-Italja, hu se jmur id-dar tiegħu fejn se jibqa’ sakemm jirriżulta negattiv.

Matthew Scerri

Ronaldo pożittiv għall-Covid-19!

Il-Federazzjoni Portugiża ħabbret li Cristiano Ronaldo nstab pożittiv għall-Covid-19. Hu m’għandux sintomi u tpoġġa f’iżolament kif jitlob il-protokoll.

Matthew Scerri

Każ ta’ Covid fit-tim nazzjonali Portugiż

Il-gowler Anthony Lopes hu l-uniku plejer tat-tim nazzjonali Portugiż li ttestja pożittiv għall-Covid u mill-ewwel ġie iżolat mill-bqija ta’ sħabu. Il-plejers l-oħra, fosthom anki Ronaldo, se jibqa’ jsirilhom swab tests regolari sabiex ikun aċċertat li ħadd iktar ma ġie infettat.

Matthew Scerri

Serqa fil-villa ta’ Ronaldo

El diario de noticias Madeira ta l-aħbar li xi ħallelin daħlu fid-dar ta’ Cristiano Ronaldo f’Dona Amelia, Funchal. Jidher li l-ħalliel jew ħallelin daħlu fil-villa minn garage. Insterqu xi oġġetti, fosthom flokk ta’ Juventus iffirmat li għandu valur ta’ madwar 200 Euro.

Matthew Scerri

Il-messaġġ ta’ Ronaldo wara Roma-Juventus

https://www.instagram.com/p/CFp8UPZAbWb/?utm_source=ig_web_copy_link

Rekord ieħor għal Ronaldo

Id-doppjetta kontra Roma ssarfet f’rekord personali ieħor għal Cristiano Ronaldo. Fil-fatt biż-żewġ gowls Ronaldo sar l-ewwel plejer li qatt skorja 450 gowl fl-aqwa ħames kampjonat tal-Ewropa.

Matthew Scerri

Ronaldo jiċċelebra fuq Instagram il-101 gowl mat-tim nazzjonali tal-Portugall

Ronaldo qabeż il-100 gowl mat-tim nazzjonali

Cristiano Ronaldo hu t-tieni plejer fl-istorja li skurja iktar minn 100 gowl mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu. Id-doppjetta li skurja kontra l-Iżvezja ssarfet fil-gowls numru 100 u 101 għalih mal-Portugall. Issa jinsab biss 8 gowls ‘il bogħod mir-rekord ta’ Ali Daei li hu l-iktar plejer li qatt skurja f’partiti tat-timijiet nazzjonali.

Matthew Scerri

Ronaldo lura għat-training

Cristiano Ronaldo llum ittrenja b’mod regolari mal-bqija ta’ sħabu tat-tim nazzjonali Portugiż.Hu jinsab ferm aħjar wara li kellu problema f’infezzjoni f’suba’ ta’ saqajh. Ronaldo se jkun qed jivvjaġġa mat-tim nazzjonali lejn l-Iżvezja fejn se jilagħbu nhar it-Tlieta.

Matthew Scerri