Posts

Juventus kważi dejjem rebbieħa kontra Crotone

Juventus u Crotone ftit li xejn sfidaw lil xulxin f’partiti uffiċjali matul is-snin. B’kollox insibu 6 konfronti diretti bejn kampjonat tas-Serie A u tas-Serie B. Juventus rebħu ħamsa min dawn is-sitt konfronti, filwaqt li partita oħra ntemmet fi draw. Il-konfronti ma tantx kienu bbilanċjat tant li Juventus skurjaw kumplessivament 17-il gowl u qalgħu gowl wieħed biss. Fis-Serie A s’issa kien hemm erba’ konfronti b’kollox, b’tliet rebħiet għal Juventus u draw. Minn dawn l-werba’ partiti, nofshom, ovvjament, intlagħbu fi Crotone. L-ewwel darba kienet fl-2017 b’Juventus jirbħu 2-0 b’gowls ta’ Mandzukic u Higuain. Is-sena ta’ wara Crotone rnexxilhom għall-ewwel darba ma jitilfux kontra Juventus. Fil-fatt dakinhar Simy ta’ Crotone wieġeb għall-gowl ta’ Alex Sandro għal skor finali ta’ 1-1.

Matthew Scerri

Statistika dwar konfronti tal-passat bejn Juventus u Napoli

Juventus u Napoli ltaqgħu b’kollox 173 darba s’issa f’konfronti uffiċjali. Komplessivament Juventus kisbu 81 rebħa, kien hemm 53 draw, filwaqt li r-rebħiet ta’ Napoli kienu jammontaw għal 39.

Fl-istorja tas-Serie A nsibu li s’issa ntlagħbu 148 konfront bejn Juventus u Napoli. Minnhom Juventus rebħu 69 partita, kien hemm 47 riżultat ta’ draw u 32 rebħa għal Napoli.

Il-konfronti bejn it-timijiet fis-Serie A li ntlagħbu f’Turin jammontaw għal 74. Juventus rebħu iktar minn nofshom (46 rebħa). Ma’ dawn r-rebħiet Bianconeri rridu nżidu 20 draw u 8 rebħiet biss għal Napoli. F’dawn il-konfronti Juventus skurjaw b’kollox 133 gowl, mentri Napoli sabu x-xibka 71 darba.

Matthew Scerri