Posts

Kif x’aktarx jilagħbu Juventus u Napoli

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini, Bernardeschi; Chiesa, Bentancur, Arhthur, McKennie; Kulusevski, Ronaldo

Napoli (4-2-3-1): Ospina; Di Lorenzo, Manolas, Koulibaly, Mario Rui; Demme, Bakayoko; Lozano, Zielinski, Insigne; Petagna

Sors: Calciomercato.com

Injury għal Demiral

Demiral se jkun nieqes għall-Finali tas-Super Cup kontra Napoli. Hu fil-fatt sofra injury ieħor u mhux se jkun jista’ jilgħab. F’dan l-istadju Pirlo verament ma tantx għandu difensuri għad-dispożizzjoni tiegħu.

Matthew Scerri

Il-plejers Juventini mgħajta għall-Finali tas-Super Cup Taljana

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-Finali tas-Super Cup Taljana kontra Napoli huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsogno, Buffon.

Difensuri: Chiellini, Danilo, Bonucci, Di Pardo, Dragusin, Frabotta.

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Fagioli, Kulusevski, Ranocchia.

Attakkanti: Ronaldo, Morata.

Matthew Scerri

De Laurentis ried imexxi d-data tas-Super Cup Taljana

Skont Radio Punto Nuovo, il-President ta’ Napoli, Aurelio De Laurentis talab li titmexxa d-data tas-Super Cup Taljana. It-talba tiegħu ma ntlaqgħetx u Juventus-Napoli se tintlagħab fl-20 ta’ Jannar kif ippjanat. Jidher li hu għamel dil-proposta bit-tama li s-Super Cup tintlagħab fi tmiem l-istaġun meta forsi jkun possibbli li s-supporters jitħallew jidħlu fl-istadiums.

Matthew Scerri

Is-Super Cup Taljana fl-20 ta’ Jannar 2021

Is-Super Cup Taljana se tintlagħab fl-20 ta’ Jannar 2021. Il-partita se tara lil Juventus u Napoli jilagħbu kontra xulxin fl-Istadium Mapei għar-rebħ tas-Super Cup Taljana. Il-Lega Calcio ħabbret li l-kick-off tal-partita se jkun fid-9.00 ta’ filgħaxija

Matthew Scerri