Posts
Szczesny irkupra mill-injury tiegħu
Szczesny illum ittrenja mal-grupp kollu ta’ plejers Juventini. Nafu li dan hu sinjal li hu rkupra mill-injury u se jkun qed għad-dispożizzjoni ta’ Allegri fil-partita tal-Ħadd waranofsinhar kontra Monza.
Matthew Scerri
Juventus mhux se jixtru gowler ieħor
Il-lejla fit-8 ta’ filgħaxija jagħlaq is-suq tat-trasferimenti fl-Italja. Juventus mhux mistennija jixtru jew jiksbu aktar plejers. Dal-lejl kien hemm xniegħat li se jiksbu gowler ġdid peress li għall-ewwel kien maħsub li l-injury ta’ Szczesny kien gravi. Jidher imma mill-ewwel testijiet li sarulu, il-gowler Pollakk la sofra ksur u lanqas ma wegga’ l-legamenti. Fi kliem ieħor m’għandux idum barra.
Matthew Scerri
Injury muskolari għal Szczesny
Tkompli tiżdied il-lista ta’ plejers Juventin barra mill-azzjoni minħabba injury. Szczesny sofra injury muskolari f’koxxtu u se jdum barra għal tliet ġimgħat. Hu għaldaqstant se jkun qed jitlef l-ewwel partiti tal-istaġun.
Matthew Scerri
Szczesny ma jridx jilgħab kontra r-Russja
Fuq Instagram, Szczesny ħabbar li mhuwiex se jkun qed jilgħab mat-tim nazzjonali tal-Polonja kontra r-Russja. Hu spjega li martu hi Ukrena u ħafna mill-ħaddiema tiegħu huma mill-Ukraina. Skontu ma jħossx li għandu jilgħab kontra plejers li jħaddnu l-valuri tar-Russja li qed toħloq tant tbatija għan-nies tal-Ukraina.
Dan hu l-messaġġ sħiħa ta’ Szczesny:
“My wife was born in Ukraine, there is Ukrainian blood running through the veins of my son, part of our family is still in Ukraine, a lot of my workers are Ukrainian and they’re all great people.
Seeing the suffering on their faces and fear for their country makes me realise I can’t stand still and pretend that nothing has happened.
The moment Putin decided to invade Ukraine he declared war not only on Ukraine but also on all the values Europe stands for. Liberty, Independence but, most of all, Peace.
On March 26 we were supposed to play against Russia in a play-off match for the 2022 World Cup in Qatar. And although my heart breaks while writing this, my conscience will not let me play.
Representing your country is the biggest honour in a footballer’s career but it’s still a choice.
I refuse to play against players who choose to represent the values and principles of Russia!
I refuse to stand on the pitch, wearing the colours of my country and listen to the national anthem of Russia!
I refuse to take part in a sporting event that legitimises the actions of the Russian government.
I know my impact may only be symbolic but I call on FIFA and UEFA to take action and hold the Russian Federation accountable for their actions.
I can’t imagine playing a match with the Russian National Team in a situation when armed aggression in Ukraine continues. Russian footballers and fans are not responsible for this, but we can’t pretend that nothing is happening.”
Tkompli t-tfittxija tal-Viċi-Szczesny
Waħda mill-prijoritajiet tal-mercato Juventin hu li jinstab gowler riserva għal Szczesny wara li Buffon iddeċiedi li ma jibqax ma’ Juventus. Qed isiru ħafna ismijiet. Apparti Sirigu, Juventus jidhru li qed jikkunsidraw anki lil David Ospina, Antonio Mirante, Sergio Romero u Lukasz Skorupski.
Matthew Scerri
Szczesny: “Juventus se jżommuni 100%”
Wojciech Szczesny reġa’ tkellem dwar il-futur tiegħu. F’intervista mogħtija lil meczyki.pl, Szczesny stqarr: “Kelli kuntatt mal-klabb qabel u ntqalli li ħadd m’għandu dubji dwar il-pożizzjoni tiegħu bħala l-gowler numru wieħed. Ma nbidel xejn fuq dan l-argument. Il-klabb jemmen fija u 100% mhux se jbigħuni. Naħseb li Allegri japprezzani mhux biss bħala gowler imma anki bħala bniedem.”
Matthew Scerri
Szczesny: “Ma kelli ebda kuntatt ma’ Juventus jew ma’ klabbs oħra”
“Ma kelli ebda kuntatt la mal-klabb tiegħi u lanqas ma’ klabbs oħra. M’hemm ebda argument marbut mat-tluq tiegħi. M’iniex il-persuna responsabbli mit-trasferimenti tal-plejers għal Juventus.” Hekk wieġeb Szczesny għad-domandi dwar il-futur tiegħu. Risposta xi ftit diplomatika u fl-istess ħin b’ton kemxejn ta’ fastidju għall-ħafna aħbarijiet li jirrigwardawh.
Matthew Scerri
Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Milan-Juventus
Federico Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Milan u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 76% tal-voti, segwit minn Szczesny b’15% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Dybala b’7% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!
Matthew Scerri
Szczesny hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Atalanta
Szczesny ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Atalanta. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 35% tal-voti, segwit minn Chiesa b’25% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil De Ligt b’20% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.
Matthew Scerri