Posts
Uffiċjali: Kif se jibdew il-Bulgarija u l-Italja
Bulgarija: Iliev; D. Dimov, Antov, Bozhikov; Cicinho, Chochev, Kostadinov, Vitanov, Tsvetanov; Delev, Galabinov.
Italja: G. Donnarumma; Florenzi, Bonucci, Acerbi, Spinazzola; Barella, Sensi, Verratti; Chiesa, Belotti, Insigne.
Chiellini lura fil-Continassa
Giorgio Chiellini, Domenico Berardi u Francesco Caputo mhux se jingħaqdu mal-bqija ta’ sħabhom tat-tim nazzjonali Taljan għall-partita t’għada kontra l-Bulgarija. Huma nbagħtu lura mal-klabbs rispettivi tagħhom. Berardi u Caputo ma jinsabux f’sikkithom u ma jistgħux jilagħbu. Chiellini jidher li m’għandu ebda injury, biss intbagħat lura bi qbil miegħu peress li ma jiflaħx għal ħafna impenji f’xulxin.
Matthew Scerri
Bożnija-Italja. Kif x’aktarx se jilagħbu
Bożnija (4-3-3): Adilovic; Todorovic, Kovacevic, Sanicanin, Kolasinac; Cimirot, Pjanic, Krunic; Visca, Hazdic, Gojak.
Italja (4-3-3): Donnarumma; Florenzi, Acerbi, Bastoni, Emerson Palmieri; Barella, Jorginho, Locatelli; Berardi, Belotti, Insigne.
Referee: Dias (Portugall).
Sors: Calciomercato.com
Rabiot jaf ma jilgħabx illejla
Adrien Rabiot jaf ma jilgħabx illejla kontra l-Iżvezja. Fil-fatt hu ma jinsabx 100% f’sikktu u għaldaqstant jaf ma jilgħabx biex ma jirriskjax xi injury fit-tul.
Matthew Scerri
Injury għal Bonucci
Leonardo Bonucci mhux se jkun qed jilgħab għall-Italja minħabba injury. Hu ntbagħat lura Turin fejn issa se jkun ikkurat mill-istaff mediku ta’ Juventus. Bonucci spjega li fl-aħħar nofs siegħa tal-partita kontra Lazio ħass fastidju muskolari u matul dil-ġimgħa baqa’ muġugħ.
Matthew Scerri