Posts
Chiesa lura għat-taħriġ mat-tim Juventin
Wara disa’ xhur Federico Chiesa reġà seta’ jittrenja mal-bqija ta’ sħabu. Hu qatta’ parti mit-taħriġ tat-Tnejn 3 ta’ Ottubru flimkien mal-kumplament tat-tim. Hu maħsub li lejn l-aħħar ta’ Otubru, bidu ta’ Novembru Chiesa se jkun jista’ jirritorna għall-azzjoni. Għall-ewwel hu se jkun qed jilgħab biss parti mill-partiti. F’Jannar, imbagħad, ikun jista’ jagħti kontribut sħiħ lit-tim Juventin .
Matthew Scerri
Ronaldo kellu jieqaf mit-training
Cristiano Ronaldo llum kellu jieqaf mit-training wara li qala’ daqqa f’dirgħajh mingħand Alex Sandro. Hu deher muġugħ u kellu jabbanduna t-training sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Matthew Scerri