Posts

Ronaldo għadu ma fieqx!

Sorsi kemm mill-Italja kif ukoll mill-Portugall qed isostnu li Cristiano Ronaldo reġa’ ttestja pożittiv għall-Covid-19. Il-fatt li Juventus ma ħabbrux li fieq hi minnha nnifisha konferma li hu għad għandu l-virus. Illejla Ronaldo se jitlef l-isfida kontra Barcellona. Ronaldo, tajjeb infakkru, ilu pożittiv għal iktar minn ħmistax-il ġurnata.

Matthew Scerri

Illejla nkunu nafu jekk Ronaldo fieqx!

Illejla se joħroġ ir-riżultat tal-iswab tests li saru lill-plejers kollha tat-tim Juventin. Fost dawn hemm anki r-riżultat tat-test ta’ Ronaldo u allura se nkunu nafu jekk fieqx. Sky irrapurtaw ilbieraħ li fl-aħħar swab test li sarlu jidher li kien hemm indikazzjonijiet li Ronaldo riesaq lejn il-fejqan. Pirlo, fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum stqarr li lest jilgħab lil Ronaldo jekk ikun fieq, għalkemm sostna li mhux faċli li plejer jilgħab disgħin minuta wara ħmistax-il ġurnata ta’ waqfien.

Matthew Scerri   

Makkelie se jmexxi Juventus-Barcellona

L-Uefa għażlet lil Danny Makkelie sabiex ikun ir-referee ta’ Juventus-Barcellona. Din hi t-tieni darba li r-referee Olandiż se jkun qed imexxi partita ta’ Juventus wara li sena ilu kien mexxa l-partita kontra Atletico Madrid.

Matthew Scerri

Xejn gravi għal Bonucci

L-istess bħal fil-każ ta’ Chiellini, Leonardo Bonucci sofra injury ta’ natura ħafifa. Mit-testijiet li sarulu llum ma rriżulta ebda dannu għall-muskoli ta’ saqajh. It-tobba ta’ Juventus se jibqgħu jsegwuh biex jaraw b’liem ritmu se jkun qed ifieq. Interessanti li fl-istqarrijata’ Juventus m’hemm l-ebda indikazzjoni dwar kemm se jdum barra mill-azzjoni.

Matthew Scerri

Fadal biss Demiral u Danilo fuq wara

Juventus jaf ikollhom emerġenza fid-difiża kontra Barcellona. Illum suppost inkunu nafu x’għandu Bonucci. L-impressjoni hi li hu mhux se jkun jista’ jilgħab nhatr l-Erbgħa. L-istess jgħodd għal Chiellini, filwaqt li De Ligt għadu ma ngħatax il-go-ahead biex jilgħab mill-Professur li operah. Fi kliem ieħor Pirlo fadallu biss lil Demiral u Danilo li kapaċi jilagħbu bħala difensuri ċentrali. F’dan l-istadju rridu nifhmu jekk Pirlo huwiex xorta waħda se jkompli jinsisti bid-difiża bit-tlieta (li jkun ifisser li jilgħab xi ħadd miż-żgħar jew inkella jilgħab xi ħadd barra minn postu) jew inkella hux se jkollu jibdel is-sistema ta’ logħob.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Bonucci

Tlett ijiem ‘il bogħod minn Juventus-Barcellona, Leonardo Bonucci sofra injury muskolari. Hu kellu jabbanduna l-grawnd kontra Verona peress li ħass xi ġbid fil-muscle. Issa rridu nistennew it-testijiet t’għada fil-JMedical biss hu evidenti li f’dan l-istadju hemm ċans kbir li Pirlo se jkollu jgħaddi mingħajru kontra Messi u sħabu.

Matthew Scerri

Morata hu l-Aqwa Plejer ta’ Dynamo Kiev-Juventus

Alvaro Morata ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Dynamo Kiev u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 64% tal-voti, segwit minn Chiesa (16%), filwaqt li fit-tielet post insibu lil Cuadrado b’14% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Pique se jitlef Juventus-Barcellona

Pique se jitlef il-partita Juventus-Barcellona wara li tkeċċa fil-partita kontra Fernecvaros. Hu se jkun sospiż u allura mhux se jkun jista’ jilgħab bħal-lum ġimgħa fl-Allianz Stadium.

Matthew Scerri