Posts

Bħal-lum fil-passat (4 tá Settembru 1994)

Il-partita mil-passat li se nfakkrukom llum biha ntlagħbet fl-4 tá Settembru 1994 fejn Brescia  u  Juventus  bdew l-impenji tagħhom fl- ewwel ġurnata tal- kampjonat tal-futbol tas-Serie A 1994-95   fil -grawnd ‘Mario Rigamonti’  fi Brescia .

Wara snin diffiċli u mingħajr suċċessi fil-kamp nazzjonali Juventus qed jippreparaw biex jirbħu t -tlieta u għoxrin kampjonat .

Brescia, min-naħa tagħhom, esperjenzaw kampjonat diżastruż u spiċċaw fl-aħħar pożizzjoni u kellhom jagħtu l-‘arrivederci‘ lis-Serie A.

Din il-logħba tagħti bidu lir-‘renju’ tal-kowċ Marcello Lippi li wara esperjenzi ma’ Atalanta u Napoli kien qed jibni tim storiku għat-tim tagħna. Din kienet biss l-ewwel tarġa lejn mixja li sa ftit snin wara kienet se ttellana sal-quċċata tad-dinja!

Grazzi u komplu segwuna fuq
Is-sit tal-klabb tagħna

 

 

Il-Ħadd 4 ta’ Settembru 1994 4.00pm
BRESCIA-JUVENTUS 1-1
SKURJAW : Conte A. 55, Schenardi 80

BRESCIA : Ballotta, Brunetti, Di Muri (Marangon 59), Mezzanotti, Baronchelli, Battistini S., Schenardi, Piovanelli, Neri, Lupu (Ambrosetti 56), Gallo
Kowċ: Mircea Lucescu

JUVENTUS : Peruzzi, Ferrara C., Torricelli, Fusi (Tacchinardi 46), Kohler, Marocchi (Carrera M. 71), Di Livio, Conte A., Vialli, Baggio R., Del Piero
Kowċ: Marcello Lippi

Referee: Braschi
Tkeċċa: Brunetti 85 (Brescia)

 

 

 

 

 

 

Filmat – Zizou u l-Maġiji Tiegħu

Grazzi għac-Channel Youtube Uffiċjali tal-Juventus qed inwasslulkom dan il-filmat fuq il-leggenda juventina Zinedine Zidane.

  • Filwaqt li nisperaw li joġgħobkom dan il-filmat li qed nipproponulkom, nixtiequ infakkrukom li tistgħu tissieħbu online mal-klabb tagħna anke permezz tá dan il-link: Issieħeb Magħna Online

 

 

Il-gowls kollha tá Juventus tá dan l-istaġun

Bdejna fl- 20 tá Ġunju ġo Udine u spiċċajna ġo l-Allianz Stadium kontra Monza fil-25 tá Mejju.

Ejjew naraw flimkien il-gowls kollha li skurjaw Juventus fl-istaġun 2023-24.

 

 

 

Sadanittant infakkrukom li l-klabb tagħna se jkun miftuħ biex juri l-logħbiet tan-nazzjonal Taljan f’Euro 2024.

Għal aktar informazzjoni u biex tibbjukaw mejda ċemplu 77104618 jew 𝟕𝟕𝟐𝟎𝟖𝟓𝟖𝟓

Grazzi