Uffiċjali: Multa biss għal Juventusby Matthew Scerri
Il-Qorti Federali approvat illum il-ftehim għal patteġġament milħuq bejn Juventus u l-Procura Federale fil-kawża quddiem il-ġustizzja Sportiva għal ksur tal-artiklu 4 b’rabta mal-manovra stipendi, il-partnerships ma’ klabbs oħra u r-relazzjonijiet ma’ aġenti. Juventus ġew ikkundannati jħallsu multa ta’ 718,240 Ewro u mhux se jkun hemm aktar tnaqqis ta’ punti għall-klabb Juventin. Weħlu multa anki l-uffiċċjali mixlija. Andrea Agnelli biss ma aċċettax il-patteġġament u allura għalih il-kawża se tkompli. Bħala parti mill-ftehim, Juventus mhux se jkunu qed jappellaw għas-sentenza tal-każ l-ieħor tal-plusvalenze fittizji.
Matthew Scerri