Happy birthday, Juventus!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum jaħbat il-122-il anniversarju mit-twaqqif ta’ Juventus F.C. Tradizzjonalment id-data tal-1 ta’ Novembru 1897 hi meqjusa bħala l-jum li fih twaqqaf il-klabb Juventin minn grupp ta’ ħbieb li kienu jattendu l-Liceo Massimo D’Azeglio f’Turin. Nafu li dawn il-ħbieb kienu ilhom jiltaqgħu u jipprattikaw flimkien diversi tipi ta’ sports, fosthom anki l-futbol li ddaħħal fl-Italja proprju minn xi nies minn Turin …

Anniversarju: 3/9/1989 ħalliena Gaetano Scirea

MatthewJuve News 1 Comment

Illum jaħbat l-anniversarju tal-mewt ta’ wieħed mill-akbar plejers Juventini ta’ dejjem: Gaetano Scirea. Hu libes il-flokk ta’ Juventus għal erbatax-il staġun bejn l-1974 u l-1988 b’total ta’ 552 partita u 32 gowl. Ma’ Juventus, Scirea rebaħ kull kompetizzjoni u sar anki champion tad-dinja mal-Italja fl-1982. Scirea jibqa’ f’qalb is-supporters Bianconeri mhux biss għat-teknika kbira u l-intelligenza tattika li kellu, imma fuq …

Anniversarju: 24/7/1923 Edoardo Agnelli maħtur President ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum qed niċċelebraw anniversarju importanti ferm. Fl-24 ta’ Lulju 1923 Edoardo Agnelli ġie maħtur President ta’ Juventus. Minn dakinhar il-Familja Agnelli rabtet isimha mat-tim Juventin. Dak li nbeda minn Edoardo Agnelli tkompla mit-tfal tiegħu Gianni u Umberto, u llum qed jitkompla minn Andrea Agnelli. Hawn taħt qed inġibu l-artiklu li kien deher fil-Hurrà Juventus ta’ Settembru 1923: “La recente assemblea …

Anniversarju: 29/5/1985 it-Traġedja tal-Heysel

MatthewJuve News Leave a Comment

It-traġedja tal-Heysel, 29 ta’ Mejju, 1985 Finali Tazza taċ-Champions, Liverpool vs Juventus Tajjeb li nġibu fil-qosor x’seħħ dakinhar tat-traġedja tal-Heysel . Siegħa qabel il-kick-off tal-Finali, grupp ta’ partitarji Ingliżi attakkaw lill-partitarji li kienu qed jokkupaw l-area newtrali, il-famuża Curva Z fl-istadium tal-Heysel. L-ispettaturi fil-Curva Z, fil-maġġor parti tagħhom Juventini, beżgħu u rtiraw lura mal-avvanz tal-hooligans Ingliżi iżda sabu ma’ wiċċhom il-ħajt …

Anniversarju: Il-25 ta’ Mejju hu jum speċjali għal Scirea u Zoff

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-data tal-lum, il-25 ta’ Mejju, hi ġurnata speċjali fil-ħajja u l-karriera ta’ żewġ leġġendi ta’ Juventus: Gaetano Scirea u Dino Zoff. L-ewwel wieħed twieled proprju f’dan il-jum: fil-25 ta’ Mejju 1953. Tletin sena wara, fil-25 ta’ Mejju 1983, Dino Zoff lagħab l-aħħar partita tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Dakinhar kienet partita speċjali: il-Finali tat-Tazza taċ-Champions. Ix-xorti riedet li Zoff temm il-karriera …

Anniversarju: 22/5/1996 Juventus jirbħu ċ-Champions League għat-tieni darba

MatthewJuve News 1 Comment

Tnejn u għoxrin sena ilu Juventus rebħu t-tieni u s’issa l-aħħar Champions League fl-istorja tagħhom. Dakinhar l-avversarji kienu Ajax. Juventus kellhom wirja kbira u marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Ravanelli. Wara kien hemm id-draw ta’ Litmanen. L-assedju Juventin fuq il-lasta ta’ Ajax ma ħalliex il-frott mistenni u l-partita kellha tiġi deċiża bil-penalties. AJAX-JUVENTUS 1-1 (2-4 (wara l-għoti tal-penalties) Skorjaw: Ravanelli (J), …

Kont taf … 3 scudetti fl-14 ta’ Mejju!

MatthewJuve News Leave a Comment

L-14 ta’ Mejju hi data importanti ferm fl-istorja ta’ Juventus. Fl-2016 kellna ċ-ċerimonja ta’ preżentazzjoni tat-trofew tal-kampjonat fi tmiem il-partita kontra Sampdoria (skor finali 5-0). Apparti dik kellna anki żewġ okkażjonijiet oħra fil-passat fejn Juventus rebħu l-kampjonat. Fl-1950 irbaħna t-8 scudetto, filwaqt li fl-2006 ikellna r-rebħ tal-kampjonat numru 29. Fis-sena 2000 Juventus kienu qrib li jirbħu scudetto ieħor, biss kulħadd …