Avviż ieħor dwar il-biljetti tal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League

Darren Micallef News Leave a Comment

Kif diġa konna informajna fl-avviż li ħriġna nhar il-Erbgħa 29 ta’ Awwissu li se nibdew naċċettaw bookings għall-partiti taċ-Champions League minn nhar is-Sibt l-1 ta’ Settembru, is-Segretarjat jixtieq iżid li minħabba li l-ammont ta’ biljetti għad-disposizzjoni hija dejjem limitata, l-ewwel li se jingħataw preferenza biex jirriservaw dawn il-biljetti huma dawk il-membri li taw il-fiduċja lill-Club u ħallsu s-sħubija għall-istaġun 2018/19 …

Avviż importanti dwar il-biljetti ta’ Juventus-Real Madrid

Darren Micallef News Leave a Comment

Minn għada s-Sibt 17 ta’ Marzu mis-7.30pm sa qabel il-partita kontra SPAL se nkunu qiegħdin nilqgħu riservazzjonijiet għall-biljetti tal-Kwarti tal-Finali kontra Real Madrid permezz ta’ depositu ta’ €100 fuq kull biljett. Il-partita ġewwa Turin se tintlagħab nhar it-Tlieta 3 ta’ April fil-8.45pm. Il-Kumitat jixtieq javża wkoll li minħabba d-domanda presumibbilment qawwija ta’ biljetti facevalue li se jkollna, min jigi biex …

Juventus vs Tottenham – Fadal l-aħħar ftit biljetti

Darren Micallef News Leave a Comment

Il-Club jixtieq javża li għad fadal numru żgħir ta’ biljetti li jistgħu jiġu riservati mil-membri għall-partita tal-aħħar 16 taċ-Champions League li se tintlagħab nhar it-Tlieta 13 ta’ Frar kontra Tottenham Hotspurs. Kull min jixtieq jagħmel dan apparti li jeħtieġ li jkun membru tal-Club kif ukoll li jkun imsieħeb fil-Fan Club huwa mitlub li jżur l-uffiċju tal-Club għada l-Erbgħa 3 ta’ …

Avviż dwar il-biljetti ta’ Juventus vs Torino tal-Coppa Italia

Darren Micallef News 2 Comments

Il-Kwarti tal-Finali tal-Coppa Italia kontra Torino sejra tintlagħab nhar l-Erbgħa 3 ta’ Jannar. Niġbdu għalhekk l-attenzjoni tal-membri kollha fil-Fan Club li għada s-Sibt 23 ta’ Diċembru hija l-unika opportunita’ sabiex jiġi riservat biljett. Naċċettaw deposits ta’ €50 fuq kull biljett. L-uffiċju tal-Club ikun miftuħ mis-7.30pm il-quddiem kif ukoll wara l-partita kontra Roma.

Avviż dwar il-biljetti ta’ Juventus-Tottenham Hotspurs

Darren Micallef News 1 Comment

It-Tlieta 12 ta’ Diċembru u l-Ħamis 14 ta’ Diċembru se nkunu qegħdin nilqgħu reservazzjonijiet għall-isfida tal-aħħar 16 taċ-CL kontra Tottenham Hotspurs esklussivament biss mingħand dawk il-membri li qabel il-poloz tal-lum kienu diġa’ msieħba mal-Club. Dan qiegħed isir sabiex nippremjaw lill-membri eżistenti tal-lealta’ tagħhom lejn il-Club. Filwaqt li nfakkrukom li l-uffiċju jiftaħ fis-6.30pm, persuni oħra li għadhom m’humiex membri fil-Club se …

Avviż dwar il-biljetti ta’ Juventus-Monaco

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC ‘Vero Amore’ (Malta 1975) jixtieq javża li se jkun qed jaċċetta bookings għas-Semi Finali kontra Monaco mill-uffiċju tal-Club biss nhar il-Ħadd li ġej qabel il-partita kontra Genoa. Niftħu mis-7.00pm ‘il quddiem. Se naqdu lin-nies fuq bażi ta’ first come first served. Grazzi. Darren Micallef Assistent Segretarju u Uffiċjal Tesseramenti

Avviż għall-biljetti Torino – Juventus (11/12/16)

Darren Micallef News Leave a Comment

Illum huwa l-aħħar chance sabiex jiġi riservat biljett għad-derby ġewwa l-istadium tat-Torino tal-11 ta’ Diċembru fit-3pm. Dawk il-membri DOC li huma nteressati għandhom sas-6pm ta’ għada l-Ħadd 27 ta’ Diċembru sabiex jirriservaw biljett minn l-uffiċju tal-Club. Nirringrazzjawkom.

Avviż importanti: il-biljetti ta’ Juventus-Sevilla

MatthewJuve News Leave a Comment

Kulmin hu interessat li jikseb biljett/i tal-partita Juventus-Sevilla għandu jikkuntattja lill-Kumitat sa mhux aktar tard mit-8.00 ta’ filgħaxija ta’ nhar it-Tlieta 30 ta’ Awwissu. Importanti li l-membri DOC biss jistgħu japplikaw għall-biljetti. Għal aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu fuq 21480851 fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-Club jew qabel il-partiti ta’ Juventus. William Micallef