Għada se nkunu nafu l-entità tal-injury muskolari li sofra Bonucci waqt Juventus-Roma. Kollox jindika li hu injury ħafif. Madankollu hu probabbli li Pirlo ma jirriskjahx fil-partita kontra Inter minhħabba l-ħafna impenji importanti li Juventus għandhom fil-kumplament ta’ Frar. Matthew Scerri
Is-seba’ Super Cup fil-karriera ta’ Bonucci
Leonardo Bonucci llejla se jkun qed jilgħab għas-seba’ darba fil-karriera l-Finali tas-Super Cup Taljana. Hu se jilħaq lil Zanetti. Aħjar minnhom it-tnejn hemm biss Stankovic u Buffon li lagħbu disa’ darbiet. Matthew Scerri
Bonucci: “Jekk nilagħbu hekk nistgħu nagħmlu affarijiet kbar”
Id-difiża 3D ġdida ta’ Juventus
L-epoka tal-BBBC tidher li riesqa b’pass mgħaġġel lejn tmiemhom. Wara li rtira Barzagli, kollox jindika li din se tkun l-aħħar sena għal Chiellini. Bonucci wkoll qed jikber u naqqas ħafna fil-wirjiet tiegħu. Nhar is-Sibt kontra Cagliari kellna għall-ewwel darba wara snin, difiża ġdida. Difiża 3D qed tissejjaħ għax magħmula minn Danilo, De Ligt u Demiral. Il-proċess ta’ tiġdid tad-difiża qed …
Bonucci tliet ġimgħat barra?
Rapporti mhux konfermati minn Juventus qed isostnu li Leonardo Bonucci se jibqa’ barra mill-azzjoni għal madwar tliet ġimgħat sabiex jirkupra mill-injury li għandu. Chiellini wkoll se jdum barra b’injury (madwar xahar). F’dan l-istadju Pirlo fadallu biss żewġ difensuri ċentrali puri (De Ligt u Demiral), flimkien ma’ ieħor li qed ikun adattat f’dik il-pożizzjoni (Danilo). Matthew Scerri
Injury għal Bonucci
Leonardo Bonucci mhux se jkun qed jilgħab għall-Italja minħabba injury. Hu ntbagħat lura Turin fejn issa se jkun ikkurat mill-istaff mediku ta’ Juventus. Bonucci spjega li fl-aħħar nofs siegħa tal-partita kontra Lazio ħass fastidju muskolari u matul dil-ġimgħa baqa’ muġugħ. Matthew Scerri
Bonucci għadu ftit muġugħ
Leonardo Bonucci jidher li ma jinsab f’sikktu mija fil-mija. Anki mat-tim nazzjonali qed iħoss xi ftit l-istess uġigħ li kellu qabel Juventus-Barcellona. Jidher li minħabba dil-problema jista’ jkun li nhar il-Ħadd Bonucci ma jilgħabx kontra l-Polonja. Matthew Scerri
L-400 partita ta’ Bonucci ma’ Juventus
Lazio-Juventus kienet il-partita uffiċjali numru 400 fil-karriera ta’ Bonucci bil-flokk ta’ Juventus. Intervistata minn Juventus TV, Bonucci stqarr li jħossu “emozzjonat” u żied “nixtieq nilgħab ħafna aktar b’dal-flokk li għalija jfisser kollox.” Matthew Scerri
Bonucci: “Illum rajna l-vera Juve”
- Page 1 of 2
- 1
- 2