Posts

Id-difiża 3D ġdida ta’ Juventus

L-epoka tal-BBBC tidher li riesqa b’pass mgħaġġel lejn tmiemhom. Wara li rtira Barzagli, kollox jindika li din se tkun l-aħħar sena għal Chiellini. Bonucci wkoll qed jikber u naqqas ħafna fil-wirjiet tiegħu. Nhar is-Sibt kontra Cagliari kellna għall-ewwel darba wara snin, difiża ġdida. Difiża 3D qed tissejjaħ għax magħmula minn Danilo, De Ligt u Demiral. Il-proċess ta’ tiġdid tad-difiża qed iħalli r-riżultati mixtieqa. De Ligt hu mingħajr dubju wieħed mill-aqwa difensuri tad-dinja. Demiral ukoll hu blata fuq wara għalkemm irid jitgħallem joqgħod attent li jaqla’ inqas karti sofor u ħomor. Danilo, imbagħadm, qed ikollu staġun mill-aqwa wara li fis-sena li għaddiet ddeluda f’diversi okkażjonijiet. Illum, iktar min qatt qabel, Juventus jistgħu jserrħu rashom li kapaċi jgħaddu mingħajr il-BBBC!

Matthew Scerri

Bonucci tliet ġimgħat barra?

Rapporti mhux konfermati minn Juventus qed isostnu li Leonardo Bonucci se jibqa’ barra mill-azzjoni għal madwar tliet ġimgħat sabiex jirkupra mill-injury li għandu. Chiellini wkoll se jdum barra b’injury (madwar xahar). F’dan l-istadju Pirlo fadallu biss żewġ difensuri ċentrali puri (De Ligt u Demiral), flimkien ma’ ieħor li qed ikun adattat f’dik il-pożizzjoni (Danilo).

Matthew Scerri

Injury għal Bonucci

Leonardo Bonucci mhux se jkun qed jilgħab għall-Italja minħabba injury. Hu ntbagħat lura Turin fejn issa se jkun ikkurat mill-istaff mediku ta’ Juventus. Bonucci spjega li fl-aħħar nofs siegħa tal-partita kontra Lazio ħass fastidju muskolari u matul dil-ġimgħa baqa’ muġugħ.

Matthew Scerri

Bonucci għadu ftit muġugħ

Leonardo Bonucci jidher li ma jinsab f’sikktu mija fil-mija. Anki mat-tim nazzjonali qed iħoss xi ftit l-istess uġigħ li kellu qabel Juventus-Barcellona. Jidher li minħabba dil-problema jista’ jkun li nhar il-Ħadd Bonucci ma jilgħabx kontra l-Polonja.

Matthew Scerri

L-400 partita ta’ Bonucci ma’ Juventus

Lazio-Juventus kienet il-partita uffiċjali numru 400 fil-karriera ta’ Bonucci bil-flokk ta’ Juventus. Intervistata minn Juventus TV, Bonucci stqarr li jħossu “emozzjonat” u żied “nixtieq nilgħab ħafna aktar b’dal-flokk li għalija jfisser kollox.”

Matthew Scerri

Bonucci: “Illum rajna l-vera Juve”

https://www.youtube.com/watch?v=3j2oJPRL8gw

Bonucci: “Jonqosna l-esperjenza”

https://www.youtube.com/watch?v=IjovijGYJB0

Għad hemm ċans li Bonucci jilgħab illejla

Dalgħodu Andrea Pirlo se jkun jaf jekk Leonardo Bonucci huwiex se jkun jista’ jilgħab kontra Barcellona. Sal-bieraħ hu kien qed jittrenja apparti. Pirlo lbieraħ stqarr li waqt is-sessjoni ta’ taħriġ ta’ dalgħodu se jkollu l-indikazzjonijiet dwar jekk huwiex tajjeb għal-logħob. Infakkru li Chiellini u De Ligt għadhom barra u allura apparti Bonucci, Pirlo fadallu biss lil Danilo u Demiral bħala difensuri ċentrali.

Matthew Scerri