Posts

Buffon: “Se nkompli nilgħab”

“Il-futur tiegħi hu fil-grawnd. Kelli d-dubju għandix nieqaf, imma issa se nkompli nilgħab.” Hekk stqarr Buffon ma’ Tuttosport. Buffon spjega li flimkien mal-aġent tiegħu, Silvano Martina, daqt jiddeċiedi fejn se jkun qed jilgħab. Hu għandu quddiemu żewġ toroq: jingħaqad ma’ tim li se jkun impenjat fiċ-Champions League jew inkella jirritorna ma’ Parma. Skontu mhu se jaċċetta l-ebda proposta biex ikun riserva ma’ tim ieħor. Fil-fatt f’Jannar hu ddeċieda li jitlaq lil Juventus minħabba li ried ikollu postu garantit u hekk ikun mill-ġdid protagonist. Il-gowler żied: “Aċċettajt li nkun riserva biss għal Juventus.” Hu temm jgħid: “Lgħabt fis-Serie B ta’ 28 meta kont champion tad-dinja, ma naħsibx li se jkun problema li nilgħab fis-Serie B ta’ 43 sena.”

Matthew Scerri

Buffon se jkompli jilgħab? Id-dieħla suppost inkunu nafu

Il-ġimgħa d-dieħla Gigi Buffon mistenni jħabbar jekk huwiex se jkompli jilgħab. Hu għandu offerti mingħand Genoa, Parma u Besiktas. Jidher li waslitlu offerta mingħand Barcellona biex ikun gowler riserva tagħhom. Buffon, madankollu, mhux interessat li jilqa’ din l-offerta minħabba li hu jrid tim fejn ikollu postu fiss. F’dan l-istadju jidher li Parma għandhom l-akbar ċans li jiffirmaw lil Buffon hekk kif hu qed jikkunsidra li jtemm il-karriera mat-tim fejn lagħab fl-ewwel snin tal-karriera tiegħu.

Matthew Scerri

Filmat: L-aqwa saves ta’ Buffon

L-aħħar waħda ta’ Buffon

Sakemm ma jkunx hemm sorpriżi kbar, dik tal-lum hi l-aħħar partita ta’ Gigi Buffon ma’ Juventus. Did-darba nafu li Buffon se jitlaq lil Juventus darba għal dejjem. S’issa għadu mhuwiex magħruf jekk huwiex se jkompli jilgħab jew le. Għaldaqstant jista’ jkun ukoll li din tkun l-aħħar partita tal-karriera leġġendarja tiegħu.

Matthew Scerri

Buffon hu l-Aqwa Plejer ta’ Sassuolo-Juventus

Gigi Buffon ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Sassuolo u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 38% tal-voti, segwit minn Rabiot b’23% u minn Ronaldo b’16% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Buffon: “Tajt kollox. Irċevejt iktar minn hekk”

Dan li ġej hu messaġġ li Buffon kiteb fil-profili tiegħu fuq is-social media biex iħabbar li se jitlaq lil Juventus.

Ogni inizio ha anche una fine. E questa è la fine del mio secondo tempo alla Juve. Una decisione presa, maturata e comunicata già da mesi.Ma non una decisione facile. Perché non è facile tagliare questo cordone, qua dove c’è la mia storia, la mia gioia, le mie lacrime, la mia casa.Ma so che quel momento è arrivato. Non esiste un grazie grande abbastanza.Ho dato tutto.Ho ricevuto di più.Il tempo che verrà è tutto da scrivere. E da vivere. Sempre, fino alla fine.

Chiellini: “Jien u Buffon m’aħna qatt se nkunu problema għal Juventus”

“Ninsab sorpriż bl-għidut dwar il-futur tiegħi. Mhix problema u lanqas qed naħseb fuqha. Għadni ma ddeċidejtx u ninsab ikkunċentrat immens fuq il-preżent tant li qed naħseb diġà f’nhar l-Erbgħa. Għadni ma ddeċidejtx u xejn mhu se jinbidel sa tmiem l-istaġun. Wara naraw x’se jiddeċidi l-klabb. Chiellini u Buffon mhuma qatt se jkunu problema għal Juventus!” Hekk tkellem Giorgio Chiellini fi tmiem id-Derby ta’ Turin.

Matthew Scerri

Buffon sospiż għal partita waħda

Gigi Buffon se jitlef id-Derby ta’ nhar is-Sibt hekk kif ġie sospiż għal partita waħda wara li qal dagħwa waqt il-partita kontra Parma. Tajjeb ngħidu li Buffon kien diġà weħel multa ta’ 5000 Ewro b’rabta ma’ dal-każ.

Matthew Scerri