Posts

Uffiċjali: Arthur misluf lil Fiorentina

Juventus ħabbru li Arthur iffirma kuntratt ġdid magħhom sal-2026. Hu ġie misluf lil Fiorentina għal sena, liema self se jkun imħallas 2 miljuni flimkien ma’ massimu ta’ 2 miljun Ewro oħra f’bonuses. Is-sena d-dieħla Fiorentina se jkunu jistgħu jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 20 miljun.

Matthew Scerri

Arthur lejn trasferiment ma’ Fiorentina

Il-Brażiljan Arthur jinsab tassew qrib li jingħaqad b’self ma’ Fiorentina. Illum l-aġent tiegħu, Pastorello kien fil-Continassa biex jitkellem mal-uffiċċjali ta’ Juventus. Arthurisyenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus bil-għan li l-investiment li kien sar għalih jinqasam fuq iktar snin. Wara li jiffirma l-kuntratt il-ġdid, Arthur jiġi misluf lil Fiorentina għal sena, liema self ikun imħallas 3 miljuni mit-tim ta’ Fiorentina. Huma se jkunu jistgħu jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla għal somma bejn 16 u 20 miljun Ewro. Fiorentina se jħallsu parti mill-paga ta’ Arthur (3 miljuni mħallsa minnhom u Juventus jagħtuh il-bqija).

Matthew Scerri

Ufficjali: Ranocchia misluf lil Empoli

Tħabbar b’mod uffiċjali li Juventus silfu lil Filippo Ranocchia lil Empoli għal perjodu ta’ sena. Empoli se jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla, b’Juventus ikollhom ukoll id-dritt tar-recompra fuqu wkoll.

Matthew Scerri

Diversi plejers esklużi mit-tim Juventin

Qed jingħataw iktar dettalji dwar xi deċiżjonijiet li ttieħdu waqt laqgħa bejn Giuntoli, Manna u Allegri. Apparti Bonucci u McKennie, jidher li anki Arthur, Zakaria, Pellegrini u Pjaca huma wkoll esklużi mit-tim Juventin u mhux se jitħallew imorru l-Amerka. Kollha kemm huma ma jiffirmawx iktar mill-pjanijiet ta’ Allegri u allura se jiġu esklużi mit-tim bit-tama li jiġu sfurzati bil-pulit isibu tim ieħor.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus xtraw lil Weah

Juventus ħabbru li xtraw lil Timothy Weah mingħand Lille għal 10.3 miljun Ewro, flimkien ma’ massimu ta’ 1 miljun Ewro oħra bħala pagament talli huma rawmu l-plejer. Hemm anki performance bonus ta’ 2.1 miljun Ewro. Weah iffirma kuntratt ma’ Juventus sat-30 ta’ Ġunju 2028.

Matthew Scerri

Weah jasal Turin illum

Illum waranofsinhar Timothy Weah mistenni jasal Turin għat-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Probabbli s’għada filgħaxija tingħata l-aħbar uffiċjali tal-akkwist.

Matthew Scerri

Rabiot: “Għażilt b’qalbi”

Cuadrado mistenni jitlaq lil Juventus

Wara tmien staġuni Juan Cuadrado se jkun qed jitlaq lil Juventus das-sajf. L-għażla mhux ċert min ħadha. Hemm sorsi li qed isostnu li Juventus iddeċidew li ma jġeddulux il-kuntratt, filwaqt li sorsi oħra qed jirrapurtaw li kien il-Kolombjan li għażla bidla fil-karriera. Il-futur tiegħu issa jista’ jkun fi Spanja ma’ Valencia jew fit-Turkija ma’ Fenerbahce. Cuadrado libes il-flokk ta’ Juventus għal 314 darba u kien pilastru tal-Juventus rebbieħa tal-era Agnelli.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Rabiot jibqa’ sena oħra ma’ Juventus

Kmieni waranofsinhar Juventus taw l-aħbar li Adrien Rabiot aċċetta li jibqa’ sena oħra magħhom. Hu kellu offerti importanti, fosthom dik ta’ Manchester United li ilhom warajh mis-sajf li għadda. Madankollu l-għażla tiegħu kienet li jibqa’ ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Filmat: L-aqwa mumenti tal-2023 ta’ Rovella