Juventus lesti jipproponu lil Roma tpartit bejn Zaniolo u Higuain

MatthewJuve News Leave a Comment

Aktar kmieni dil-ġimgħa wassalnilkom l-aħbar li Paratici ltaqa’ mal-aġent ta’ Zaniolo. Juventus iriduh b’saħħa. Tant hu hekk li skont diversi gazzetti u siti tal-calciomercato, il-Bianconeri lesti saħansitra disposti li joffru lil Roma tpartit bejn Zaniolo u Higuain. Ta min jirrimarka li Juventus ilhom madwar sentejn isegwu lil Zaniolo u li kienu interessati li jixtruh ferm qabel sar famuż ma’ Roma. …

Il-prezz li Juventus se jħallsu għal Demiral

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus se jkunu qed iħallsu 15-il miljun Ewro lil Sassuolo sabiex jiksbu lil Merih Demiral. F’Jannar Sassuolo kienu xtraw lil Demiral għal 7 miljuni bi ftehim ma’ Juventus li setgħu jixtruh għal 15-il miljun. Atletico Madrid offrew 25 miljun fl-aħħar jiem, biss Sassuolo żammew kelmthom ma’ Juventus. Matthew Scerri

Pogba jew Milinkovic-Savic f’nofs il-grawnd

MatthewJuve News Leave a Comment

F’nofs il-grawnd Juventus qed jaħdmu għal akkwist kbir apparti dak ta’ Ramsey. Il-gazzetti u s-siti qed isostnu li Juventus iridu wieħed bejn Milinkovic-Savic u Pogba. Lotito s’issa dejjem stqarr li Juventus ma kellmuhx għal Milinkovic-Savic. X’aktarx Juventus qed jistennew qabelxejn li jifhmu x’inhuma l-intenzjonijiet ta’ Manchester United dwar Pogba. Jekk l-akkwist ta’ Pogba ma jkunx fattibbli, allura hu probabbli li …