Juventus u Dynamo Kiev kienu avversarji ta’ xulxin fiċ-Champions League fil-passat għal total ta’ ħames partiti. Juventus rebħu erba’ minn dawn il-partiti, filwaqt li darb’oħra kellna riżultat ta’ draw. Ir-riżultati tal-konfronti tal-passat huma: 4/3/1998 Juventus-Dynamo Kiev 1-1 18/3/1998 Dynamo Kiev-Juventus 1-4 24/9/2002 Juventus-Dynamo Kiev 5-0 13/11/2002 Dynamo Kiev-Juventus 1-2 20/10/2020 Dynamo Kiev-Juventus 0-2 Matthew Scerri
Filmat: Il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ Pirlo u Danilo lejlet Juventus-Barcellona
Filmat: Is-sessjoni ta’ taħriġ lejlet Juventus-Barcellona
Juventus u Barcellona se jiltaqgħu għall-erbatax-il darba fl-istorja
Juventus u Barcellona s’issa ltaqgħu 13-il darba f’konfronti uffiċjali, b’Juventus jirbħu ħames partiti, jitilfu erba’ darbiet u kien hemm anki erba’ partiti li ntemmu fi draw. Jekk inħarsu biss lejn il-partiti taċ-Champions League, insibu li komplessivament intlagħbu disa’ partiti, b’żewġ rebħiet għal Juventus, erba’ draws u tliet rebħiet għal Barcellona. Interessanti li fl-erba’ partiti taċ-Champions League li kien hemm s’issa …
Filmat: L-isbaħ gowls ta’ Juventus fiċ-Champions League fis-snin li għaddew
Morata hu l-Aqwa Plejer ta’ Dynamo Kiev-Juventus
Alvaro Morata ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Dynamo Kiev u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 64% tal-voti, segwit minn Chiesa (16%), filwaqt li fit-tielet post insibu lil Cuadrado b’14% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem. Matthew Scerri
Pique se jitlef Juventus-Barcellona
Pique se jitlef il-partita Juventus-Barcellona wara li tkeċċa fil-partita kontra Fernecvaros. Hu se jkun sospiż u allura mhux se jkun jista’ jilgħab bħal-lum ġimgħa fl-Allianz Stadium. Matthew Scerri
Illum inkunu nafu jekk Ronaldo hux se jkun jista’ jilgħab kontra Barcellona
Illum hi ġurnata importanti biex inkunu nafu jekk Ronaldo fieqx mill-Covid-19 u fl-istess ħin insiru nafu jekk huwiex se jkun jista’ jilgħab kontra Barcellona bħal-lum ġimgħa. Fil-fatt illum se jsirlu swab test ieħor. Infakkru li skont il-protokoll tal-Uefa, plejer ikun jista’ jilgħab fil-kompetizzjonijiet Ewropej jekk ikun ilu ġimgħa negattiv għall-virus. Matthew Scerri