Avviż importanti – Tmexxija ġdida għall-bar tal-Club

MatthewJuve News Leave a Comment

Għeżież membri, Mil-lum l-1 ta’ Frar 2020 il-bar tal-Club tagħna se jkun f’idejn amministrazzjoni ġdida. Nixtiequ ninfurmawkom li mill-partita li jmiss ‘il-quddiem, is-sitwazzjoni tal-apetizers li normalment jitqassmu waqt il-partiti u l-prezzijiet tax-xorb se jkunu ferm differenti minn dawk li kienu f’dawn l-aħħar ġimgħat. Ta’ dan niskużaw ruħna, għhalkemm ma’ kienx jiddependi minna, tant hu hekk li temmejna il-kuntratt tal-barman preżenti …

Sena oħra ta’ suċċess għall-website tagħna!

MatthewJuve News Leave a Comment

Bħalma nagħmlu kull sena fl-1 ta’ Jannar nixtiequ nwasslulkom ftit statistika marbuta ma’ kemm-il persuna żaret il-website tagħna matul is-sena ta’ qabel. Dan nagħmluh mhux biex niftaħru, imma biex nirringrazzjaw lill-komunità kbira ta’ persuni li żżur u tagħmel użu minn din il-website. Fil-perjodu 1 ta’ Jannar-31 ta’ Diċembru 2019 kellna 48,274 user differenti li daħal fil-website juventusclubmalta.com. B’kollox kellna 433,523 …

Awguri

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtiequ jawguraw lill-membri u lill-qarrejja kollha ta’ din il-website, sena ġdida mimlija risq, paċi u hena. Jalla l-2020 jġibilkom dak kollu li tixtieq qalbkom!

Riċeviment b’xejn għall-membri u sponsors

MatthewJuve News Leave a Comment

Bħal kull sena l-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore qed jistiednek għall-Riċeviment annwali li se jsir il-Ħadd 12 ta’ Jannar qabel il-partita kontra Roma mis-7.30pm ‘il quddiem. Fil-bidu ta’ kull sena l-Kumitat iħoss li għandu jorganizza dan ir-riċeviment b’turija ta’ apprezzament lejn il-membri tiegħu waqt li jagħti l-awguri u jġedded il-lealtà lejkom għas-sena li tkun għadha kemm bdiet. Inħeġġeġ lill-membri tagħna …

Messaġġ mill-President

MatthewJuve News Leave a Comment

Għeżież Membri u Supporters Juventini, Minn hawn u ftit tal-jiem oħra se nkunu qed insellmu lis-sena 2019. Fil-messaġġ tiegħi għal tmiem is-sena xtaqt, bħalma nagħmel dejjem f’okkażjonijiet simili, nagħti ħarsa lejn is-sena li tkun se tintemm. Is-sena 2019 rat lill-Club tagħna jkompli jikber f’termini ta’ membri miktuba, kif ukoll fil-firxa ta’ servizzi li noffru lilkom il-membri u lil dawk kollha …

Awguri!

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn qalbi nixtieq nawgura l-Festi t-Tajba lilkom u lill-familji tagħkom. Nixtieq ukoll nirringrazzjakom tal-appoġġ li dejjem tagħtuna. F’dawn il-ġranet tajjeb li ma ninsewx ukoll lill-morda u nitolbu għall-fejqan tagħhom. Joseph Fenech President

Il-Party tal-Milied għat-Tfal

MatthewJuve News Leave a Comment

Din is-sena l-Club ħaseb biex jerġa’ jorganizza Party tal-Milied għat-tfal. B’differenza għas-snin li għaddew dan se jsir f’post estern għall-Club ġewwa l-Arka ta’ Noe fis-Siġġiewi l-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru minn 10.00am il-quddiem, nhar festa pubblika. Il-prezz huwa ta’ €10 għal ulied il-membri msieħba dan l-istaġun filwaqt li ulied persuni oħra li għadhom mhux membri jistgħu jattendu xorta iżda l-ħlas huwa ta’ €15. Hemm ħlas addizzjonali …

Pasta Night ġewwa l-Club

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Kumitat jixtieq jinforma li sejra ssir Pasta Night ġewwa l-Club nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru mit-8 pm ‘il-quddiem. Kull biljett jiswa €12 filwaqt li tfal taħt l-10 snin iħallsu €6 biss. Il-biljetti jistgħu jiġu rirservati minn l-uffiċju tal-Club jew permezz ta’ telefonata fuq wieħed min-numri murija hawn taħt. Tħallix għall-aħħar sabiex ma tiddiżappuntax ruħek.

Tlieta u tletin sena ilu Giampiero Boniperti kien fostna

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum qed niċċelebraw rikorrenza importanti hekk kif proprju bħal-lum tlieta u tletin sena ilu kien fostna Giampiero Boniperti. Hawn taħt qed inġibu silta mill-ktieb Iswed u Abjad. L-40 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) fejn tingħata informazzjoni dettaljata dwar din iż-żjara storika. Boniperti u l-ġerarkija Juventina fostna Meta l-eku tas-suċċessi tal-era Platini u Boniek beda jitbiegħed u …

Donazzjoni lil Puttinu Cares

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt il-logħba Fiorentina-Juventus saret ġabra fil-Club tagħna b’risq Puttinu. Mill-membri inġabret is-somma ta’ €305 u kif wegħdna il-Kumitat irdoppja is-somma. Għalhekk ġiet ippreżentata donazzjoni ta’ €610. Grazzi mill-qalb lill-Membri preżenti fil-Club illum. Joseph Fenech President