Posts

Gowl minn free-kick wara sena u nofs

Il-gowl ta’ Juan Cuadrado minn free-kick fil-partita kontra Sampdoria hu l-ewwel gowl minn free-kick li l-Bianconeri skurjaw f’sena u nofs. L-aħħar darba li plejer Juventin sab ix-xibka minn free-kick kien fl-4 ta’ Lulju 2020 meta Ronaldo kien skurja gowl rarissimu minn free-kick. Minn dakinhar ‘l hawn Juventus kellhom nuqqas assolut ta’ gowls minn free-kicks. Nafu li qabel bdiet l-era Ronaldo, Juventus kienu jiskurjaw ħafna minn free-kicks b’Pjanic u Dybala spiss jitfgħu l-ballun fix-xibka bl-istess faċilità li wieħed jagħti penalty. Nafu wkoll li Ronaldo kellu l-ossessjoni ta’ jagħti hu l-free-kicks kollha u rarissimu kien jirnexxilu jiskurja. Kull supporter kien qed jaħseb li wara li telaq Ronaldo, Juventus kien se jibdew jiskurjaw iktar free-kicks. Fl-ewwel parti tal-istaġun, però, il-gowls minn free-kick ma waslux. Issa Cuadrado rnexxilu sa fl-aħħar jiskurja minn free-kick u nawguraw li Juventus jibdew jiskurjaw iktar gowls ta’ dat-tip fil-kumplament tas-sena peress li hi arma li jaf issolvi partiti kontra timijiet li jingħalqu wara u ma jħallukx toħloq wisq azzjonijiet.

Matthew Scerri

Ronaldo jsellem lis-supporters Bianconeri

Dan li ġej hu l-messaġġ li permezz tiegħu Ronaldo sellem lis-supporters Bianconeri fi tmiem l-avventura tiegħu ma’ Juventus:

Today I depart from an amazing club, the biggest in Italy and surely one of the biggest in all of Europe. I gave my heart and soul for Juventus and I’ll always love the city of Turin until my final days. The “tifosi bianconeri” always respected me and I tried to thank that respect by fighting for them in every game, every season, every competition. In the end, we can all look back and realize that we achieved great things, not all that we wanted, but still, we wrote a pretty beautiful story together.

“Juve, storia di un grande amore
Bianco che abbraccia il nero
Coro che si alza davvero
Juve per sempre sara…”

I will always be one of you. You are now part of my history, as I feel that I’m part of yours. Italy, Juve, Turin, tifosi bianconeri, you’ll always be in my heart.

Ma jiqfux is-sorpriżi: Ronaldo lura ma’ Manchester United?

Nibdew bl-affarijiet ċerti. Dalgħodu Ronaldo mar il-Continassa jsellem lil sħabu ta’ Juventus għall-aħħar darba. Waranofsinhar, imbagħad, qabad titjira privata lejn Lisbona. Kollox kien qed jindika li hu ċert it-trasferiment ta’ Ronaldo ma’ Manchester City. Biss il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ Guardiola u Solskjaer bidlet radikalment ix-xenarju. Guardiola kien prudenti ferm u ta x’wieħed jifhem li m’hemmx ċertezza assoluta li Ronaldo se jilgħab għal Manchester City. Fl-istess ħin Solskjaer wera li Manchester United lesti jilqgħuh b’idejhom miftuħin u Bruno Fernandez diġa’ kellem lil Ronaldo nnifsu dwar dan. Xi gazzetti Ingliżi bdew minnufih jirriapurtaw li Manchester City ma kinux konvinti mill-akkwist ta’ Ronaldo u f’daqqa waħda beda jissemma li l-Portugiż se jirritorna ma’ Manchester United fi ftehim li jista’ jwassal biex Pogba jirritorna ma’ Juventus (ovvjament bil-Bianconeri joħorġu somma flus). Fadal erbat ijiem għat-tmiem tas-suq tat-trasferimenti. L-impressjoni hi li daqt ikunu nafu fejn se jilgħab Ronaldo.

Matthew Scerri

Al Khelaifi jiċħad kuntatti min-naħa ta’ PSG għal Ronaldo

Nasser Al Khelaifi ta kumment lil BeIN Sport fejn sostna li PSG mhumiex qed jinnegozjaw l-akkwist ta’ Ronaldo. Skontu ma kien hemm kuntatt mal-aġent tal-istilla Portugiża.

Matthew Scerri

Manchester City mistennija jressqu offerta lil Juventus għal Ronaldo

Jidher li Jorge Mendes illejla kellu kuntatt ma’ Manchester City u spjegalhom x’inhi l-pożizzjoni ta’ Juventus dwar Ronaldo. L-Ingliżi fehmu li Juventus mhux se jħalluh jitlaq b’xejn u qed ihejju offerta li se jressqu lill-Bianconeri. Juventus iridu biss flus u mhux se jaċċettaw tpartit ta’ plejers. Ghallinqas dan hu dak li diversi siti qed jirrapurtaw.

Matthew Scerri

Mbappe jrid jitlaq lil PSG. X’se jkun il-futur ta’ Ronaldo?

Leonardo kkonferma pubblikament li Mbappe jrid jitlaq lil PSG. Il-klabb Franċiż lest iħallih jitlaq biss bil-prezz li qed jitolbu huma. F’dar-rigward Leonardo sostna li Real kienu skorretti fl-imġiba tagħhom u ddikjara li l-offerta mressqa minn Real hi ferm ‘il bogħod minn dak li qed PSG.

Aħna hawn mhux se nidħlu fil-merti tan-negozjati bejn Real u PSG għalkemm jaqbdek id-daħk li uffiċjal ta’ PSG jitkellem dwar skorrettezza meta nafu sew dak kollu li ġara fl-aħħar snin. Li jinteressana hu x’se jkun il-futur ta’ Ronaldo. Dejjem issemma li Mendes kien tkellem ma’ PSG li riedu lil Ronaldo f’każ li jitlaqhom Mbappe. Issa rridu naraw jekk verament PSG humiex se joffru 30 miljun lil Juventus għal Ronaldo. Is-suq tat-trasferimenti wasal biex jagħlaq u ma fadalx żmien biex Juventus isibu sostitut għal CR7.

Matthew Scerri

Ronaldo kellu jieqaf mit-training

Cristiano Ronaldo llum kellu jieqaf mit-training wara li qala’ daqqa f’dirgħajh mingħand Alex Sandro. Hu deher muġugħ u kellu jabbanduna t-training sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Matthew Scerri

Nedved: “Ronaldo se jibqa’ ma’ Juventus”

Qabel Udinese-Juventus, Pavel Nedved sostna li Ronaldo mhux se jilgħab mill-ewwel minuta bi qbil bejn il-plejer u l-kowc. Skontu għadna fil-bidu tal-istagun u għaldaqstant mhux kulħadd jinsab fl-aqwa forma tiegħu. Żied anki li hu fid-dmir ta’ Allegri li jagħżel dejjem l-aqwa ħdax. Hu għalhekk li Ronaldo tħalla barra mill-ewwel ħdax. Nedved temm jgħid li Ronaldo żgur se jibqa’ ma’ Juventus.

Allegri: “Ronaldo qalli li se jibqa’ ma’ Juventus”

Fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Udinese-Juventus Max Allegri tkellem anki dwar il-futur ta’ Ronaldo. Fi kliemu kien hemm ħafna għidut imma fil-verità Ronaldo qatt ma wera r-rieda li jitlaq lil Juventus. “Lili Ronaldo qalli li se jibqa’ ma’ Juventus,” stqarr Allegri.

Matthew Scerri