Telf ta’ 71.4 miljun Ewro għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum iltaqa’ l-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus biex japprova l-accounts tal-klabb għall-istaġun li ntemm ftit tal-ġimgħat ilu. Komplessivament dis-sena Juventus kellhom telf ta’ 71.4 miljun, liema somma hi in parti dovuta għall-pandemija tal-Covid-19. Id-dejn tal-klabb niżel minn 463.5 miljun Ewro għal 385.2 miljun Ewro, però tajjeb li ma ninsewx li kien żieda fil-kapital min-naħa tax-share-holders u allura hu normali li d-dejn …

Chief Financial Officer ġdid għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Bidla importanti fi ħdan Juventus FC hekk kif Marco Re m’għadux Chief Financial Officer tal-klabb. Hu kien ħa parti mix-xogħol ta’ Marotta u kien jieħu ħsieb il-finanzi tal-klabb. Ilbieraħ wasal fi tmiemu l-kuntratt tiegħu u mhux magħruf x’wassal biex hu ma jibqax jokkupa dil-kariga. Ma nafux, fi kliem ieħor, jekk kienx hu li telaq jew inkella Juventus għażlux li ma …

Juventus qed jikkunsidraw salary cap

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-kriżi li nħolqot bil-pandemija tal-Covid-19 x’aktarx se twassal biex Juventus jistabilixxu salary cap għall-kuntratti l-ġodda li se jsir minn issa ‘l quddiem. Skont Il Corriere dello Sport il-massimu li plejer se jkun jista’ jaqla’ ma’ Juventus hu ta’ 9 miljuni, taxxi inklużi. Dan kollu qed isir minħabba li l-pandemija wriet iktar minn qatt qabel il-ħtieġa li l-klabbs ikunu mmexxija b’mod …

Juventus daqt ikunu l-aktar popolari fuq Instagram

MatthewJuve News Leave a Comment

Das-sajf hu probabbli ferm li Juventus isiru l-iktar popolari in assolut fl-Italja fuq Instagram. Bħalissa Gucci għandhom l-ikbar numru ta’ Followers fost il-brands Taljani. Huma għandhom 40.4 miljun Follower. Juventus attwalment jinsabu fit-tieni post b’39.5 miljun Follower. Il-profil ta’ Juventus fuq Instagram qed ikollu żieda ta’ bejn 20 u 25 elf Follower kuljum, ċifra li hi kważi t-triplu ta’ dik …

Telf finanzjarju għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus FC approva l-accounts tal-klabb sal-31 ta’ Diċembru 2019. B’kollox kien hemm telf ta’ 50.3 miljun Ewro fl-ewwel nofs tas-sena, filwaqt li sena ilu kien hemm profitt ta’ 7.5 miljun Ewro. It-telf ġej mill-fatt li dis-sena nasal id-dħul tal-klabb, mentri fl-istess ħin żdied l-ammont ta’ ħlas lill-plejers. Id-dejn totali tal-klabb niżel għal 326.9 miljun Ewro (136.7 miljun …