Posts

L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Verona

Filmat: Kliem Pirlo fi tmiem Juventus-Verona

https://www.youtube.com/watch?v=KehXaxxZvNU

Juventus-Verona bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Verona. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Juventus-Hellas Verona 1-1

Li Verona huma għadma iebsa kien fatt magħruf. Li ma konniex nafu kien li Juventus kienu se jbatu tant kontra Verona. Għal ħinijiet twal il-kontroll tal-partita kien f’idejn Verona. Juventus kellhom diversi okkażjonijiet ta’ gowl, forsi iktar minn Verona, imma m’hemmx dubju li l-Bianconeri sofrew wisq, għallinqas sal-mument meta Favilli poġġa lit-tim tiegħu fil-vantaġġ. Pirlo għadu ma għaqqadx lit-tim. Hemm plejers bħal Arthur u Dybala li jridu iktar logħob. F’nofs il-grawnd qed inbatu ma’ kulħadd fl-Italja, problema li ilha minn tal-inqas għal dawn l-aħħar tliet snin. Numerikament u atletikament, l-avversarji qed ikunu aħjar f’nofs il-grawnd. Il-midfield Juventin mhux qed jipproteġi lid-difiża kif suppost jagħmel u spiss qed inkunu esposti għall-kontrattakk tal-avversarji. Ramsey, imbagħad, xi kultant jagħti l-impressjoni li jgħin iktar lill-attakk milli lid-difiża. Pirlo għandu jirrifletti fuq il-fatt li dis-sistema ta’ logħob hi l-istess waħda ta’ Sarri tas-sena li għaddiet (bid-differenza li issa hemm Cuadrado aktar avvanzat), sistema li s-sena li għaddiet uriet ċerta limiti fit-tim Juventin u l-impressjoni hi li s’issa qed naraw l-istess difetti tas-sena li għaddiet. Li rajna tajjeb illum u drabi oħra hi r-reazzjoni tat-tim wara li mar minn taħt. Minkejja l-problemi tattiċi tal-mument, it-tim xorta waħda qed ikollu l-enerġija biex jirreaġixxi u jsalva r-riżultat. Kulusevski llum reġa’ kien deċiżiv mhux biss għax skurja l-gowl tad-draw, imma anki għax ta kwalità kbira mal-linja xellugija, ħaġa li għal darb’oħra Bernardeschi naqas milli jagħmel. Kulusevski waħdu bidel l-andament tal-partita, tant li wara li daħal hu fil-grawnd Juventus Juventus marru qrib li jirbħu l-partita. Pirlo u s-supporters Juventini għandhom ikunu tassew kuntenti għall-grinta tal-plejers fil-grawnd fl-aħħar għoxrin minuta u nittamaw li ma ndumux ma naraw lit-tim Juventin fl-aqwa tiegħu kemm mil-lat atletiku kif ukoll minn dak tattiku. Finalment ma nistgħux nilagħbu biss għoxrin partita kull darba u l-punti li qed jintilfu bħalissa jaf jiswew qares fl-aħħar tal-istaġun bil-konkorrenza li hemm dis-sena!

JUVENTUS- HELLAS VERONA 1-1

Skurjaw: Favilli (V), Kulusevski (J)

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Danilo, Bonucci (Frabotta), Demiral; Cuadrado, Arthur, Rabiot, Bernardeschi (Kulusevski); Ramsey (Vrioni); Dybala, Morata. Kowċ: Pirlo

Hellas Verona (3-4-2-1): Silvestri; Ceccherini (Magnani), Lovato, Empereur; Faraoni, Vieira, Tameze (Ilic), Lazovic; Colley, Zaccagni; Kalinić (Favilli – Barak). Kowċ: Jurić

Referee:  Pasqua.

Karti sofor: Lazovic (V), Vieira (V), Empereur (V), Faraoni (V), Kulusevski (J).

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Verona

JUVENTUS (3-4-1-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Demiral; Cuadrado, Arthur, Rabiot, Bernardeschi; Ramsey; Dybala, Morata.

HELLAS VERONA (3-4-2-1): Silvestri; Ceccherini, Lovato, Empereur; Faraoni, Vieira, Tameze, Lazovic; Colley, Zaccagni; Kalinić.

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Verona

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Verona huma:

Gowlers  Szczesny, Pinsoglio, Buffon.

Difensuri – Danilo, Cuadrado, Bonucci, Demiral, Frabotta.

Plejers ta’ nofs il-grawnd – Arthur, Ramsey, McKennie, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski, Peeters.

Attakkanti – Morata, Dybala, Vrioni, Rafia.

Matthew Scerri