Posts

Paratici: “Morata dejjem kien l-ewwel għażla ta’ Juventus”

Fi kliem Paratici, Alvaro Morata kien dejjem l-ewwel għażla ta’ Juventus das-sajf. Hu spjega li l-Bianconeri marru mill-ewwel għal Morata peress li jafuh kemm bħala persuna kif ukoll bħala plejer. Atletico Madrid, madankollu, ma ridux jafu li jħalluh jitlaq b’self u allura Juventus marru għal attakkanti oħra. Imbagħad, però, Atletico bidlu fehemthom u allura Juventus kienu kuntenti li setgħu jieħu lil Morata bil-kundizzjonijiet li kienu jaqblu lilhom.

Matthew Scerri

Morata hu l-Aqwa Plejer ta’ Crotone-Juventus

Alvaro Morata ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Crotone u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 64% tal-voti, segwit minn Chiesa (10%), filwaqt li fit-tielet post insibu lil Demiral b’6% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Filmat: Il-kummenti ta’ Pirlo u Morata

https://www.youtube.com/watch?v=FNvs3KpMdpQ

Tkompli t-tħejjija ta’ Juventus

Illum fil-Continassa Juventus komplew bit-taħriġ u l-preparazzjoni għall-partita kontra Roma tal-Ħadd li ġej. Għat-tieni jum konsekuttiv Dybala ttrenja mal-kumplament tat-tim u allura hu rkupra mill-injury li kellu. Morata, mill-banda l-oħra, ittrenja għall-ewwel darba mat-tim wara li lbieraħ kellu jittrenja waħdu b’mod prekawzjonali minħabba l-Covid.

Matthew Scerri

Filmat: Il-gowls kollha ta’ Morata ma’ Juventus (s’issa)

Filmat ta’ l-ewwel intervista lil Morata wara li ffirma l-kuntratt: “Kont dejjem lest biex nirritorna ma’ Juventus”

https://www.youtube.com/watch?v=DrXkrwKLEls