About Aleandro Bartolo
This author has not written his bio yet.
But we are proud to say that Aleandro Bartolo contributed 2610 entries already.
Entries by Aleandro Bartolo
Pjanic: “Juventus għadhom f’qalbi”
07/12/2020 in News /by Aleandro BartoloMiralem Pjanic stqarr pubblikament li jinsab xi ftit deluż peress li qed jilgħab ftit, żgur inqas minn kemm ħaseb u jħoss li ħaqqu. Fi kliemu, hu ma jistax jifhem għalfejn qed jilgħab daqstant ftit. Pjanic żied: “Juventus għadhom f’qalbi. Insegwihom kull meta nista’. Ħasra li ma stajniex nilagħbu quddiem in-nies f’Turin. Nawgura l-aqwa affarijiet lil […]
Raiola: “L-istorja ta’ Pogba ma’ Manchester United spiċċat”
07/12/2020 in News /by Aleandro BartoloMino Raiola stqarr bla tlaqlieq li l-istorja ta’ Paul Pogba ma’ Manchester United waslet fi tmiemha. Dan ifisser li hu se jkun qed jaħdem għat-trasferiment ta’ Pogba ma’ klabb ieħor. Ovvjament s’issa mhuwiex magħruf meta t-trasferiment se jseħħ u ma’ liema tim se jkun qed jilgħab Pogba. Matthew Scerri
Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Barcellona
07/12/2020 in News /by Aleandro BartoloIl-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Barcellona huma:Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, BuffonDifensuri: De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Dragusin, Frabotta.Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski.Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Da Graca. Matthew Scerri
Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Torino
07/12/2020 in News /by Aleandro BartoloJuan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Torino. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 55% tal-voti, segwit minn Chiesa b’26% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Dybala b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem. Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (7 ta’ Diċembru)
07/12/2020 in News /by Aleandro BartoloFil-1988, proprju bħal-lum, Juventus kienu impenjati fit-Tazza Uefa kontra Liegi. Il-Bianconeri rebħu 1-0 b’gowl ta’ Altobelli.
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (7 ta’ Diċembru 2020)
07/12/2020 in News /by Aleandro BartoloQed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-7 ta’ Diċembru 2020.
Il-Ministru De Micheli: “Paratici talabni biss informazzjoni”
07/12/2020 in Uncategorised /by Aleandro BartoloIl-Ministru Paola De Micheli kellha l-opportunità li tagħti l-verżjoni tagħha dwar it-telefonata ta’ Paratici. Mistiedna fuq il-programm ta’ Rai 3, Che tempo che fa, il-Ministru stqarret: “Paratici talabni informazzjoni dwar il-proċedura biex tinkiseb iċ-ċittadinanza. Ma tkellimniex dwar l-eżami ta’ Suarez. Peress li m’iniex kompetenti f’dawn l-affarijiet għidt lil Paratici biex ikellem lil min hu ikkonċernat. […]
Għalfejn tkeċċa Pinsoglio?
06/12/2020 in News /by Aleandro BartoloSkont rapporti mhux uffiċjali li qed jidhru fuq xi siti online, Carlo Pinsoglio tkeċċa wara l-gowl ta’ Bonucci għax għajjat lejn ir-referee: “Ħassrilna anki dan!”. Ma nafux jekk huwiex veru, biss hu żgur li Orsato sema’ jew ra xi ħaġa li ma għoġbitux. Pinsoglio ġie muri l-karta l-ħamra u għaldaqstant se jeħel żgur sospensjoni ta’ […]
Dembélé wkoll se jitlef Barcellona-Juventus
06/12/2020 in News /by Aleandro BartoloDembélé mhux se jkun qed jilgħab kontra Juventus nhar it-Tlieta. Hu fil-fatt sofra injury muskolari u se jkollu jitlef il-partita. Apparti Dembélé, Barcellona se jkollhom neqsin lil Piqué, Ansu Fati u Sergi Roberto. Umtiti, mill-banda l-oħra, jidher qrib li jirkupra mill-injury. Matthew Scerri
IKKUNTATJANA
Triq Madre Maria Theresa Spinelli
Birkirkara BKR 4920
Malta
Email – [email protected]
Ghall-booking ta’ mejda waqt il-partiti cempel +356 77208585
Hinijiet tal-ftuh tal-ufficju:
Kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn is-6:30pm u 8:00pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus.
Waqt ħinijiet tal-ftuħ ċempel +356 21480851
Ħinijiet oħra ċempel jew SMS +356 79618994
Fejn ssibna
RATI SĦUBIJA MAL-CLUB
Adult – €25
Anzjan – €20
Żgħażagħ – €20
Tfal – €10
Baby – FREE