Entries by Aleandro Bartolo

Dynamo Kiev-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Dynamo Kiev-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.  Sors: Juventus.com

Dynamo Kiev-Juventus 0-2

L-edizzjoni 2020/21 tal-Uefa Champions League ta’ Juventus bdiet fuq nota pożittiva b’rebħa kontra Dynamo Kiev u b’wirja ferm aħjar minn dak li rajna s’issa. Għal darba Pirlo beda b’tim li ma kienx żbilanċjat u mingħajr ħafna esperimenti żejda għal din il-fażi tal-istaġun. Rajna tim b’iktar grinta u ħeġġa li attakka mill-ewwel minuta. Għal sebgħin minuta […]

Uffiċjali: Kif se jibdew Dynamo Kiev u Juventus

Dynamo Kiev (4-3-3): Buschan; Kedziora, Zabarnyi, Mykolenko, Karavaev; Buyalski, Sydorchuk, Shaparenko; Tsygankov, Supryaga, De Pena. All. Lucescu Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini; Chiesa, Rabiot, Bentancur, Cuadrado; Ramsey; Kulusevski, Morata. All. Pirlo

Chiesa sospiż għal partita waħda. Multa għal Paratici

Chiesa ġie sospiż għal partita waħda fis-Serie A mill-Imħallef tal-Isports wara li tkeċċa kontra Crotone. Hu se jkun qed jitlef il-partita li jmiss. Barra minn hekk Fabio Paratici ġie mmultat 10,000 Ewro talli fit-43 minuta tat-tieni taqsima qal kliem mhux xieraq fil-konfront tal-uffiċċjali li kienu qed imexxu l-partita. Matthew Scerri

Morata hu l-Aqwa Plejer ta’ Crotone-Juventus

Alvaro Morata ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Crotone u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 64% tal-voti, segwit minn Chiesa (10%), filwaqt li fit-tielet post insibu lil Demiral b’6% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem. Matthew Scerri

Higuain: “Se nkun dejjem kuntent għar-rebħiet ta’ Juventus”

Intervistat minn CBS, Gonzalo Higuain stqarr li se jkun dejjem “kuntent għar-rebħiet ta’ Juventus. Għandi ħafna rikordji sbieħ, l-aktar meta rbaħna lil Tottenham jew meta għal ftit ma qlajniex lil Real Madrid. Fl-Ewropa kont tlift il-ħeġġa li nilgħab u issa sibtha lura hawn fl-Amerka. Ridt anki nibqa’ ‘l bogħod mill-pressjoni tal-media.” Matthew Scerri