Entries by Aleandro Bartolo

Rabiot m’għadux iktar sospiż

Adrien Rabiot kellu jkun sospiż kontra Napoli wara li tkeċċa fil-partita tal-Olimpico. Skont ir-regolamenti peress li Juventus-Napoli ma tħassritx u l-Imħallef tal-Isports ta telfa walkover lil Napoli, is-sospensjoni ta’ Rabiot trid titqies daqslikieku seħħet. Fi kliem ieħor hu se jkun jista’ jilgħab kontra Crotone nhar is-Sibt. Matthew Scerri

Il-prezz ta’ Dembélé

L-interess ta’ Juventus f’Ousmane Dembélé jidher li għadu ħaj iktar minn qatt qabel. Skont SportMole Barcellona niżlu ftit mill-prezz li qed jitolbu għalih. Issa jidher li l-Ispanjoli lesti jbigħuh għal 50 miljun Ewro. Fis-sajf 2021 Juventus x’aktarx se jagħmlu tentattiv biex jixtruh. Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tar-4 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 17 ta’ Ottubru 2020, 3.00 p.m. Napoli-Atalanta: Di Bello Is-Sibt 17 ta’ Ottubru 2020, 6.00 p.m. Sampdoria-Lazio: Orsato Inter-Milan: Mariani Is-Sibt 17 ta’ Ottubru 2020, 8.45 p.m. Crotone-Juventus: Fourneau Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru 2020, 12.30 p.m. Bologna-Sassuolo: Doveri Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru 2020, 3.00 p.m. Spezia-Fiorentina: Manganiello Torino-Cagliari: La Penna Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru […]

Il-Ministru: “Nemmen li Ronaldo kiser il-protokoll”

F’intervent waqt il-programm Il Mix delle Cinque imxandar fuq Radio 1 il-Ministru tal-Isports, Spadafora sostna li jemmen li Ronaldo kiser il-protokoll. Fi kliemu la darba ma kienx hemm il-permessi mill-awtoritajiet, Ronaldo jista’ jitqies li kiser il-protokoll. Infakkru li Ronaldo u xi plejers oħra Juventini ma baqgħux fl-iżolament ‘fiduciario’ peress li riedu jmorru jilagħbu għat-tim nazzjonali tagħhom. Il-problema […]

Telfa walkover u punt imnaqqas għal Napoli

Napoli ngħataw telfa walkover ta’ 3-0 u punt imnaqqas fil-klassifika tas-Serie A. L-Imħallef tal-Isports, wara li fela d-dokumenti kollha mressqa lilu b’rabta ma’ Juventus-Napoli, wasal għal din id-deciżjoni. Skont l-Imħallef id-dokumenti ma jippruvawx li kien hemm “kawża ta’ forza maġġuri” li ma ppermettiex lil Napoli jmorru Turin għall-partita. Ġie nnutat ukoll li d-dokumenti tal-ASL u […]

Ronaldo wasal Turin

Cristiano Ronaldo wasal lura Turin b’titjira privata fqu ajruplan apposta armat b’apparat mediku. Hu twassal fl-ajruport ta’ Lisbona permezz ta’ ambulanza u mal-wasla tiegħu f’Turin sab ambulanza oħra tistennieh u li ħaditu sad-dar privata tiegħu. Interessanti li fil-Portugall il-kwarantina stabbilita bil-liġi hi ta’ 14-il jum, filwaqt li l-Gvern Taljan niżżilha għal 10 ijiem. Ovvjament qabel […]