Entries by Aleandro Bartolo

Dybala bid-deni imma m’għandux il-Covid

Mill-Arġentina tasal l-aħbar li wara l-gastrite, Dybala issa jidher li għandu anki d-deni. Sarlu swab test u r-riżultat kien negattiv. It-tobba ma jidhrux imħassba wisq dwaru. Dybala se jkun qed jasal lura Turin il-Ħamis jew il-Ġimgħa hekk kif se jkun qed jivvjaġġa fuq il-jet privat ta’ Messi sabiex ikun hemm inqas ċans ta’ riskju li […]

Emerson Palmieri mhuwiex kuntent ma’ Chelsea

Emerson Palmieri stqarr li ma’ Chelsea “l-affarijiet mhumiex sejrin kif nixtieq bħalissa.” Kliem li jixhed li l-full-back ma jinsabx għal qalbu ma’ Chelsea u probabbilment jixtieq bidla ta’ klabb f’Jannar. Juventus u Inter għadhom interessati sew fih. Matthew Scerri

Ifiqu tlieta ta’ Genoa

Genoa ħabbru li tlieta mill-plejers tagħhom morda bil-Covid, issia fiequ wara li kellhom riżultat negattiv fl-aħħar swab test li sarilhom. Il-plejers li fiequ huma: Federico Marchetti, Mattia Perin u Ivan Radovanovic. Matthew Scerri

Dybala għadu ma jiflaħx

Paulo Dybala għadu qed jikkumbatti mal-gastrite li qabditu fil-jiem li għaddew. Hu ma marx il-Bolivja mat-tim nazzjonali Arġentin u kompla jiġi segwit mit-tobba. Matthew Scerri

Ġimgħa ‘l bogħod minn Juventus-Napoli u għadna bla deċiżjoni!

Għaddiet ġimgħa minn Juventus-Napoli u għadna ma nafux x’se jiġri minn dil-partita. Għaddiet ġimgħa li fiha rajna s-soltu teatrin b’kulħadd jiftaħ ħalqu biex jinsulta lil Juventus u intant il-Federazzjoni għaddejja b’manuvri minn taħt biex jinstab kompromess ħalli Napoli ma jkunux milquta kif suppost għadhom ikunu. Smajna lill-President tar-Reġjun tal-Campania, De Luca jiċħad li Napoli għamlu […]

Juventus b’offerta għal Alaba

Minn Frar 2021 David Alaba se jkun free-agent hekk kif il-kuntrat tiegħu ma’ Bayern Munich jasal fi tmiemu fis-sajf tas-sena d-dieħla. Juventus jidhru li huma interessati li jiksbu s-servizzi tiegħu u lesti joffrulu paga ta’ 8 miljuni fis-sena. Matthew Scerri