Entries by Aleandro Bartolo

Uffiċjali: Rugani b’self ma’ Rennes

Juventus ħabbru li Daniele Rugani ngħaqad b’self mat-tim Franċiż ta’ Rennes. Rugani ħalla lil Juventus wara ħames snin, b’ħames scudetti mirbuħa, tliet Coppa Italia u żewġ Super Cups tal-Italja. Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus xtraw lil Mandragora

Rolando Mandragora hu mill-ġdid plejer ta’ Juventus. Il-Bianconeri xtrawh mingħand Udinese għal 10.7 miljun Ewro, liema somma se titħallas f’sentejn. Hemm anki 6 miljun oħra f’bonuses. Mandragora ffirma kuntratt ma’ Juventus sal-2025 u se jibqa’ b’self ma’ Udinese għal dis-sena. Barra minn hekk, jekk iridu, Udinese se jkunu jistgħu jżommuh b’self magħhom anki fl-istaġun 2021/2022. […]

Rebħa Walkover?

Ir-regolamenti huma ċari u kienu maqbula dil-ġimgħa stess waqt laqgħa tal-Lega Calcio: il-partiti ma jistgħux jitħassru sakemm tim ikollu tlettax-il plejer li jistgħu jinżlu fil-grawnd. Kull tim għandu d-dritt li darba fis-sena jitlob li partita titħassar jekk ikollu minn tal-inqas għaxar plejer bil-Covid. Ir-regolamenti jgħidu ukoll li dar-regoli ma jgħoddux biss jekk ikun hemm ordni […]

Ħadd ma jidher li ordna li Napoli ma jmorrux Turin!

L-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa żvelat b’mod esklussiv li rat kopja tad-dokumenti li l-ASL ta’ Napli (jiġifieri l-awtorità tas-saħħa lokali) għaddiet lit-tim ta’ Napoli. Fid-dokument ma hemm l-ebda ordni biex il-plejers ta’ Napoli ma jmorrux Turin u jibqgħu minflok kwarantina f’darhom. Fi kliem ieħor Napoli setgħu jivvjaġġaw lejn Turin li kieku riedu. L-uniku ordni tal-ASL jidher li […]

Napoli ma tħallewx jitilqu lejn Turin!

Hemm ċans kbir li Juventus-Napoli se jkollha titħassar ukoll. L-awtoritajiet tas-saħħa tal-belt ta’ Napli żammew lit-tim Naplitan milli jitlaq lejn Turin. Is-sitwazzjoni bħalissa tidher inċerta ferm u għaddejjin taħdidiet bejn Napoli u l-awtoritajiet biex jifhmu x’se jiġri. Ftit tal-minuti ilu tħabbar li hemm anki żewġ ħaddiema ta’ Juventus (la mhumiex plejers u lanqas parti mill-istaff […]