Entries by Aleandro Bartolo

Il-programm tal-logħob għal Juventus fiċ-Champions League

20 ta’ Ottubru 2020: Dynamo Kiev-Juventus (6.55 p.m.) 28 ta’ Ottubru 2020: Juventus-Barcellona (9.00 p.m.) 4 ta’ Novembru 2020: Ferencvaros-Juventus (9.00 p.m.) 24 ta’ Novembru 2020: Juventus-Ferencvaros (9.00 p.m.) 2 ta’ Diċembru 2020: Juventus-Dynamo Kiev (9.00 p.m.) 8 ta’ Diċembru 2020: Barcellona-Juventus (9.00 p.m.)

Interess qawwi f’Demiral min-naħa ta’ Tottenham

Fl-aħħar sigħat Tottenham għamlu kuntatt ma’ Juventus u talbuhom informazzjonijiet dwar il-possibbiltà li jixtru lil Demiral. Il-Bianconeri ma jridux jafu li jbigħuh, għalkemm bħal dejjem kollox jiddependi mill-offerta li Tottenham se jressqu fis-sigħat li ġejjin. Matthew Scerri

Juventus qrib li jsibu ftehim għal Chiesa

Illum tista’ tkun ġurnata deċiżiva fin-negozjati għat-tasferiment ta’ Federico Chiesa ma’ Juventus. Kollox jindika li Juventus u Fiorentina resqin lejn ftehim. Il-valur komplessiv ta’ Chiesa se jkun ta’ 60 miljun, bonuses inklużi, bl-ewwel sentejn ikunu self u fit-tielet sena jkun hemm xiri għal kollox. L-ikbar problema f’dan l-istadju hi marbuta ma’ Douglas Costa. Il-Brażiljan ma […]

Costa ma jridx jitlaq sakemm …

Skont Calciomercato.com Douglas Costa għarraf lil Juventus li hu mhux se jaċċetta trasferimenti ma’ klabbs oħra sakemm ma jkunux top Clubs Ewropej. Fi kliem ieħor hu mhux se jitlaq sakemm ma jiġix għalih tim ta’ livell għoli. F’dan l-istadju hu tassew probabbli li Juventus ikollhom iżommu lil Douglas Costa u ma jkunux jistgħu jieħdu lil […]

L-Uefa b’deċiżjoni importanti dwar id-dħul ta’ nies fl-istadiums

L-Uefa ddeċidiet fil-partiti tal-kompetizzjonijiet Ewropej se jkun permess li kull stadium jilqa’ fih numru ta’ supporters sa massimu ta’ 30% tas-seating capacity. L-aħħar kelma, ovvjament, se tkun f’idejn l-awtoritajiet lokali. Fl-Italja l-Kumitat Tekniku Xjentifiku s’issa għadu qed jipponi li jidħlu iktar minn elf persuna fl-istadiums minħabba s-sitwazzjoni medika fil-pajjiż. Matthew Scerri