Entries by Darren Micallef

Informazzjoni ġenerali dwar il-biljetti tal-Finali tal-Coppa Italia

Ilbieraħ il-Lega ħabbret id-dettalji tal-bejgħ tal-biljetti tal-Finali kontra Inter li se ssir f’Ruma nhar il-Erbgħa 11 ta’ Mejju. Nhar il-Ħadd 1 ta’ Mejju biss minn siegħa qabel sa siegħa wara l-partita kontra Venezia se nkunu qed nilqgħu ġewwa l-uffiċju tal-Club il-ħlas sħiħ tal-biljetti fis-setturi mixtieqa fuq bażi first come first served. Jistgħu jitolbu biljett biss […]

Finali Coppa Italia

Dawk il-membri tal-Club li dan l-istaġun huma msieħba wkoll fil-Fan Club interessati f’biljett għall-Finali ta’ Ruma fil-11 ta’ Mejju kontra Inter huma mistiedna jżuru l-uffiċju matul il-ħinijiet tal-ftuħ illum it-Tlieta 26 ta’ April jew il-Ħamis li ġej bejn 6.30pm u 8pm sabiex iniżżlu isimhom. Għalissa m’aħniex naċċettaw deposits għax qegħdin nistnennew iktar informazzjoni mingħand Juventus. […]

Illejla l-Laqgħa Ġenerali Annwali

Qiegħed jinġieb għall-attenzjoni tal-membri kollha li l-Laqgħa Ġenerali (LĠA) Annwali tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) sejra ssir illejla l-Ġimgħa 17 ta’ Settembru fil-Club stess u tibda’ fis-7.00pm Jekk sal-ħin stipulat li tibda’ l-laqgħa ma jkunx hemm quorum, il-laqgħa tibda’ nofs siegħa wara bil-membri preżenti fis-7.30pm. Grazzi Joe ShieldsSegretarju Ġenerali

Avviż importanti dwar emails li mhux jaslu għandkom il-membri

Qed jaslulna ħafna rapporti mingħand il-membri tal-Club li l-emails tagħna ġejjin minn [email protected] sfortunatament mhux qegħdin jaslu fl-inbox individwali tagħkom. Fil-jiem li ġejjin se nkunu qed nibgħatu email oħra dwar il-Laqgħa Ġenerali annwali iżda ħafna minnkom probabbilment mhux se jkunu qed jirċevuha. Is-Segretarjat tal-Club jixtieq jagħmilha ċara li dejjem jibgħat email ta’ konferma f’qasir żmien […]

Avviż importanti lill-membri 2020/21 u 2021/22 dwar biljetti

Il-Kumitat javża li minn nhar is-Sibt 28 ta’ Awwissu qabel il-partita kontra Empoli se jibda uffiċjalment jilqa’ minn ġewwa l-uffiċju tal-Club bookings għall-biljetti tas-Serie A u taċ-Champions League mingħand il-membri kollha in regola mal-ħlas tas-sħubija għal dan l-istaġun 2021/22. L-istaġun li għadda kien wieħed diffiċli ħafna għall-finanzi tal-Club għaliex l-ispejjeż baqgħu għoljin biex stajna nibqgħu […]

L-aħħar opportunità u l-importanza tas-sħubija dan l-istaġun

Wara r-rilaxxar parzjali tal-miżuri minn naħa tal-Awtorita’ tas-Saħħa l-uffijċu tal-Club finalment jista’ jerġa’ jibda jopera mil-ġdid minn nhar it-Tlieta 4 ta’ Mejju. Il-ġranet u ħinijiet tal-ftuħ se jibqgħu fissi ċioe’ kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30pm u 8pm. Minn l-uffiċju tal-Club tista’ ssir is-sħubija kif ukoll jiġi akkwistat merchandising varju iżda primarjament se […]

Avviż importanti. Prijorità lill-membri 2020/21

Issa li l-ewwel rawnd tal-Kampjonat Taljan wasal biex jintemm, Juventus għandha kompitu impenjattiv ferm biex tegħleb l-isfidi li għandha quddiemha għat-titlu ta’ Campioni d’Italia. Il-Club tagħna daqstant ieħor għaddej minn sfidi simili minħabba l-pandemija li wasslet għal restrizzjonijiet u anki l-għeluq temporanju tiegħu. Konsegwenza ta’ dan l-attività finanzjarja tal-Club naqset konsiderevolment izda l-ispejjeż biex il-Club […]