Entries by Matthew Scerri

Injury serju ħafna għal De Sciglio

Juventus tilfu fit-tul lil Mattia De Sciglio. Waqt Juventus-Lecce rajnieh jaqa’ mal-art minħabba moviment tassew innaturali ta’ rkoptu. Mill-ewwel testijiet li sarulu fil-JMedical, irriżulta li se jkollha bżonn issirlu l-operazzjoni tal-cruciate. L-intervent se jsir fil-jiem li ġejjin u wara De Sciglio se jibqa’ wieqaf għal diversi xhur biex jirkupra. Nawgurawlu fejqan ta’ malajr. Matthew Scerri

Lukaku se jilgħab għax hekk irid Gravina

Romelu Lukaku se jilgħab xorta waħda kontra Juventus għax hekk iddeċieda Gravina. Il-President tal-Federazzjoni ġie jaqa’ u jqum mill-fatt li ġustizzja sportiva kkonfermat anki l-appell li Lukaku kellu jkun sospiż għal partita. Tah il-maħfra għax irid bellagħha lil kulħadd li hekk tiġġieled ir-razziżmu. Fil-passat, imma, meta Kean kien ġralu l-istess kontra Cagliari ħadd ma kien […]

Juventus jingħataw lura l-15-il punt (għalissa)

Il-Collegio di Garanzia tal-Coni ddeċieda li l-kawża tal-plusvalenze fittizji għandha terġa’ ssir. Il-Collegio laqa’ għaldaqstant dak li talab l-Prokuratur Ġenerali, Taucer. Juventus, tajjeb infakkru, kienu qed jitolbu li s-sentenza tiġi annullata. Il-kawża trid issa terġa’ tinstema u eventwalment jista’ jkollna verdett ta’ natura oħra minn dak li kellna f’Jannar. Fi kliem ieħor Juventus jistgħu jinħelsu […]

Illejla mhu ħiereġ ebda verdett!

Il-verdett tal-Collegio di Garanzia tal-CONI mhux se joħroġ illum. Wara li ntemmet is-seduta, l-Imħallfin bdew il-ħidma tagħhom u eventwalment għall-ħabta ta’ sebgħa ta’ filgħaxija aġġornaw għal għada. Fi kliem ieħor hu ċert li qabel għada mhux se nkunu nafu x’iddeċidew. L-Imħallfin għandhom ħamest ijiem ċans biex jaqtgħu l-verdett tagħhom. Matthew Scerri

Il-plejers mgħajta għal Sporting-Juventus

Il-plejers Juventini mgħajta minn Allegri għat-tieni konfront ma’ Sporting CP huma: Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Perin. Difensuri: De Sciglio, Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Bonucci, Rugani. Plejers ta’ nofs il-grawnd: Locatelli, Pogba, Cuadrado, Kostic, Miretti, Rabiot, Paredes, Fagioli. Attakkanti: Chiesa, Vlahovic, Milik, Di Maria, Soulé. Matthew Scerri

Instema’ l-Appell quddiem il-Collegio di Garanzia tal-Coni. Ma naqsux is-sorpriżi!

Illum quddiem il-Collegio di Garanzia tal-CONI nżammet is-seduta li matulha ġie diskuss l-appell imressaq minn Juventus wara li tnaqqsulhom 15-il punt fil-klassifika minħabba l-hekk imsejħa ‘plusvalenze’ fittizji. Is-seduta ħadet madwar tliet sigħat. Juventus talbu li s-sentenza tiġi annullata, filwaqt li l-Prokuratur Ġenerali Ugo Taucer (l-akkuża biex niftehmu) talab li l-kawża terġa’ ssir mill-ġdid peress li […]

Juventus rebħu l-Appell: il-Curva se tibqa’ miftuħa

Il-Qorti tal-Appell tat raġun lil Juventus u qatgħetha li l-Curva Sud Primo Anello m’għandhiex tingħalaq. Nafu li minħabba xi bbujjar razzista fil-partita tal-Coppa Italia kontra Inter, l-Imħallef tal-Isport kien ordnat li l-Curva Sud tal-Allianz Stadium kellha tibqa’ magħluqa għan-nies fl-ewwel partita tal-kampjonat li Juventus kellhom jilagħbu f’darhom (nhar il-Ħadd kontra Napoli). Illum il-Qorti tal-Appell iddeċidiet […]

Il-Curva tibqa’ miftuħa (għalissa)

Il-Curva Sud Primo Anello se tkun qed tilqa’ lis-supporters Juventini bħas-soltu fil-partita kontra Napoli (għallinqas għalissa). Fil-fatt il-Qorti tal-Appell laqgħet ir-rikors urġenti mressaq minn Juventus kontra d-deċiżjoni tal-Imħallef tal-Isport li l-Curva Sud tinżamm magħluqa għal partita waħda minħabba l-korijiet razzisti fil-konfront ta’ Lukaku. Il-Qorti tal-Appell issospendiet din id-deċiżjoni u għamret li l-kwistjoni tinqata’ minn Tribunal […]