Entries by Matthew Scerri

48 sena ilu twaqqaf il-Juventus Club (Malta)

Illum qed niċċelebraw l-isbaħ u l-iktar anniversarju għal qalbna, dak tat-twaqqif tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975). Kien proprju fit-13 ta’ April 1975 li ssejħet l-ewwel Laqgħa Ġenerali tal-Club u dakinhar kien imwaqqaf uffiċjalment il-Club tagħna. Ftit xhur qabel, preċiżament fit-8 ta’ Frar 1975, fil-gazzetta ‘Il-Ħajja’ deher avviż li permezz tiegħu l-Juventini kollha ta’ […]

Peeters lura għal-logħob wara waqfa twila

Aħbar tassew sabiħa hekk kif Daouda Peeters reġa’ ġie mgħajjat għal-logħob ma’ Juventus Next Gen. Il-plejer Belġjan ilu madwar sena u nofs wieqaf minħabba marda fin-nervituri. Hu issa jinsab aħjar u fit-23 ta’ Marzu li għadda reġa’ beda jittrenja b’mod normali. Illum kontra Feralpisalo’ jista’ jkun li l-kowc Brambilla jagħtih ftit minuti logħob. Matthew Scerri

300 partita għal Cuadrado bil-flokk ta’ Juventus

Juan Cuadrado lagħab il-partita numru 300 fil-karriera tiegħu il-flokk ta’ Juventus fil-kompetizzjonijiet kollha. Kif inhi l-prassi, il-flokk tiegħu se jkun issa espost b’mod definittiv fil-JMuseum. F’messaġġ fuq is-social media, Cuadrado stqarr li l-futbol hu don li tah Alla u li hu jħobb juża biex bih jonora lil Alla. Barra minn hekk, it-tliet mitt partita il-flokk […]

Tkompli l-kumpilazzjoni tal-kawża fil-Qrati Ċivili

Kompliet il-kumpilazzjoni tal-kawża fil-Qrati Ċivili kontra Juventus u eks uffiċċjali tagħha b’rabta mal-inkjesta maġisterjali li ġġib l-isem ta’ Prisma. Illum il-partijiet dehru quddiem l-Imħallef Marco Picco għall-‘udienza preliminari’. Intlaqgħu t-talbiet ta’ min qed ikun parti ċivili f’dil-kawża. Fost l-oħrajn hemm xi share-holders ta’ Juventus li lesti jitolbu d-danni lil Juventus u lill-awdituri Ernst & Young […]

Plusvalenze u manovra stipendi. Santoriello jastjeni mill-kawża fil-Qrati Ċivili

Ħamest ijiem oħra, fis-27 ta’ Marzu, se tkompli l-kumpilazzjoni tal-kawża fil-Qrati Ċivili b’rabta mal-hekk imsejħa plusvalenze fittizji u l-‘manovra stipendi’. Illum tħabbar li Ciro Santoriello mhux se jkun parti mill-pool ta’ maġistrati li f’isem tal-Procura ta’ Turin se jmexxu l-akkuża. Hu warrab minn rajh wara l-ħafna polemiki li qamu ftit tal-ġimgħat ilu meta ħareġ filmat […]