Entries by Matthew Scerri

Lukaku se jilgħab għax hekk irid Gravina

Romelu Lukaku se jilgħab xorta waħda kontra Juventus għax hekk iddeċieda Gravina. Il-President tal-Federazzjoni ġie jaqa’ u jqum mill-fatt li ġustizzja sportiva kkonfermat anki l-appell li Lukaku kellu jkun sospiż għal partita. Tah il-maħfra għax irid bellagħha lil kulħadd li hekk tiġġieled ir-razziżmu. Fil-passat, imma, meta Kean kien ġralu l-istess kontra Cagliari ħadd ma kien […]

Juventus jingħataw lura l-15-il punt (għalissa)

Il-Collegio di Garanzia tal-Coni ddeċieda li l-kawża tal-plusvalenze fittizji għandha terġa’ ssir. Il-Collegio laqa’ għaldaqstant dak li talab l-Prokuratur Ġenerali, Taucer. Juventus, tajjeb infakkru, kienu qed jitolbu li s-sentenza tiġi annullata. Il-kawża trid issa terġa’ tinstema u eventwalment jista’ jkollna verdett ta’ natura oħra minn dak li kellna f’Jannar. Fi kliem ieħor Juventus jistgħu jinħelsu […]

Illejla mhu ħiereġ ebda verdett!

Il-verdett tal-Collegio di Garanzia tal-CONI mhux se joħroġ illum. Wara li ntemmet is-seduta, l-Imħallfin bdew il-ħidma tagħhom u eventwalment għall-ħabta ta’ sebgħa ta’ filgħaxija aġġornaw għal għada. Fi kliem ieħor hu ċert li qabel għada mhux se nkunu nafu x’iddeċidew. L-Imħallfin għandhom ħamest ijiem ċans biex jaqtgħu l-verdett tagħhom. Matthew Scerri

Il-plejers mgħajta għal Sporting-Juventus

Il-plejers Juventini mgħajta minn Allegri għat-tieni konfront ma’ Sporting CP huma: Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Perin. Difensuri: De Sciglio, Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Bonucci, Rugani. Plejers ta’ nofs il-grawnd: Locatelli, Pogba, Cuadrado, Kostic, Miretti, Rabiot, Paredes, Fagioli. Attakkanti: Chiesa, Vlahovic, Milik, Di Maria, Soulé. Matthew Scerri

Instema’ l-Appell quddiem il-Collegio di Garanzia tal-Coni. Ma naqsux is-sorpriżi!

Illum quddiem il-Collegio di Garanzia tal-CONI nżammet is-seduta li matulha ġie diskuss l-appell imressaq minn Juventus wara li tnaqqsulhom 15-il punt fil-klassifika minħabba l-hekk imsejħa ‘plusvalenze’ fittizji. Is-seduta ħadet madwar tliet sigħat. Juventus talbu li s-sentenza tiġi annullata, filwaqt li l-Prokuratur Ġenerali Ugo Taucer (l-akkuża biex niftehmu) talab li l-kawża terġa’ ssir mill-ġdid peress li […]

Juventus rebħu l-Appell: il-Curva se tibqa’ miftuħa

Il-Qorti tal-Appell tat raġun lil Juventus u qatgħetha li l-Curva Sud Primo Anello m’għandhiex tingħalaq. Nafu li minħabba xi bbujjar razzista fil-partita tal-Coppa Italia kontra Inter, l-Imħallef tal-Isport kien ordnat li l-Curva Sud tal-Allianz Stadium kellha tibqa’ magħluqa għan-nies fl-ewwel partita tal-kampjonat li Juventus kellhom jilagħbu f’darhom (nhar il-Ħadd kontra Napoli). Illum il-Qorti tal-Appell iddeċidiet […]

Il-Curva tibqa’ miftuħa (għalissa)

Il-Curva Sud Primo Anello se tkun qed tilqa’ lis-supporters Juventini bħas-soltu fil-partita kontra Napoli (għallinqas għalissa). Fil-fatt il-Qorti tal-Appell laqgħet ir-rikors urġenti mressaq minn Juventus kontra d-deċiżjoni tal-Imħallef tal-Isport li l-Curva Sud tinżamm magħluqa għal partita waħda minħabba l-korijiet razzisti fil-konfront ta’ Lukaku. Il-Qorti tal-Appell issospendiet din id-deċiżjoni u għamret li l-kwistjoni tinqata’ minn Tribunal […]

Manovra stipendi. X’ġara dil-ġimgħa

Għall-kuntrarju ta’ dak li forsi qed jaħsbu ħafna, dil-ġimgħa l-Procuratore Federale Chine’ ma ddeċidiex li jiftaħ kawża kontra Juventus quddiem il-Ġustizzja Sportiva. Hu għarraf lil Juventus u lil eks uffiċċjali tagħha li għalaq l-investigazzjoni tiegħu dwar il-manovra stipendi, il-partnership ma’ klabbs oħra u r-rapporti tal-klabb ma’ xi aġenti. Fit-tliet każijiet hu qed jikkuntesta l-ksur tal-lealta’ […]