X’qaltilna s-sentenza
Is-sentenza tal-Qorti tal-Appell ġiet ippubblikata kmieni llum waranofsinhar. Hu dokument ta’ 36 paġna li fih insibu kif imxiet il-kawża sakemm waslet is-sentenza definittiva, is-smigħ tar-rikors imressaq mill-Procuratore Federale biex il-każ jerġa’ jinfetaħ; x’wassal biex ir-rikors ikun milqugħ; u għala Juventus u d-diriġenti tagħha ġew misjuba ħatja. Fid-dokument naqraw li fil-kawża innfisha l-akkużi mressqa mill-Procuratore Federale […]