Entries by Matthew Scerri

X’jistgħu jeħlu Juventus?

Fil-Qrati ċivili hemm tilwima (dispute) dwar allegati irregolaritajiet fi r-rendikont finanzjarji ta’ Juventus bejn l-2019 u l-2021, liema tilwima għad trid tiġi miflija mill-imħallfin biex jaqtgħu sentenza dwarha. S’issa għadna lanqas biss nafu jekk hux se ssir kawża. Il-Procura ta’ Turin fetħet kawża u fil-jiem li ġejjin se jkun hemm imħallef li jiddeċiedi fuq il-bażi […]

Juventus f’idejn tim ta’ esperti. U Del Piero?

Eżatt mar-riżenja ta’ Andrea Agnelli flimkien mal-membri kollha tal-Bord tad-Diretturi, Juventus ħabbru l-ħatra ta’ Maurizio Scanavino biex ikun id-Direttur Ġenerali l-ġdid tal-klabb. Hu espert fil-management u mexxa b’suċċess diversi kumpaniji li jiffurmaw parti mid-dinja tal-Fiat. Scanavino hu ħabib intimu ta’ Elkann sa minn żmien l-universita’ u jista’ jitqies bħala person of trust tiegħu. Fil-passat ħadem […]

Kif wasalna s’hawn

Tajjeb nagħtu t-twila lejn it-timeline ta’ kif seħħew l-affarijiet li wasslu għal din il-kawża kontra Juventus u uffiċċjali tagħha. Mejju 2021 Il-Procura ta’ Turin fetħet inkjesta bl-isem ta’ Prisma biex tistabbilixi sarux irregolaritajiet finanzjarji. Kollox beda mill-famuzi plusvalenze u mbagħad l-inkjesta twessgħet għall-pagi tal-plejers fi żmien l-ewwel Covid. Lulju 2021 Il-CONSOB (ir-regolatur għall-kumpaniji kwotati fil-Borża) […]

Riżenji inevitabbli

Ir-riżenja ta’ Agnelli u l-Bord kollu tad-Diretturi ta’ Juventus hi f’għajnejn ħafna supporters sajjetta fil-bnazzi. Madankollu kulmin kien qed isegwi l-affarijiet mill-qrib kien jaf li dar-riżenji se jaslu. Fi tmiem Ottubru, malli ntemmet l-inkjesta Prisma, Agnelli, Nedved, Arrivabene u uffiċċjali oħra kienu jafu li se jitressqu l-Qorti bl-akkuza li wettqu irregolaritajiet finanzjarji. Ir-riżenji kellhom bilfors […]

Approvat ir-rapport finanzjarju 2022

Il-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus approva lbieraħ ir-rendikont finanzjarju sat-30 ta’ Ġunju 2022. Dar-rendikont se jitressaq għall-approvazzjoni tax-share-holders fil-Laqgħa Ġenerali tas-27 ta’ Diċembru. Tħabbar ukoll li Juventus, wara li ħadu pariri legali minn esperti tas-settur, għamlu xi adjustments fir-rapporti finanzjarji tal-2019, l-2020 u l-2021. Fl-istqarrija naqraw li Juventus qed itennu li dejjem imxew mar-regolamenti u użaw […]

L-Uefa tiftaħ inkjesta fil-konfront ta’ Juventus

Il-Club Financial Control Body (CFCB) fi ħdan il-Uefa fetaħ inkjesta bil-għan li jistabilixxi jekk Juventus kisrux ir-regolamenti marbuta mal-għoti tal-liċenzji lill-klabbs, kif ukoll jekk kienx hemm ksur tal-Fair Play Finanzjarju. Fit-23 ta’ Awwissu li għadda Juventus kienu laħqu ftehim imsejjaħ settlement agreement maċ-CFCB minħabba li ma kinux onoraw il-prinċipju ta’ break-even bejn l-2018 u l-2022 […]

Diriġenza magħmula minn esperti fil-qasam legali u finanzjarju

Minn dak li hu magħruf s’issa jidher li mexjin lejn grupp dirigenzjali magħmul minn esperti fil-qasam legali u finanzjarju. Kollha jew kważi ovvjament ġejjin mid-dinja tal-Fiat. Kważi kollha se jkunu persons of trust ta’ John Elkann. L-għan hu li l-klabb ikollu dirigenza b’sahhitha li tilqa’ l-attakki li qed isiru u fl-istess ħin iwettqu restructuring tal-klabb […]

Ferrero mistenni jkun il-President il-ġdid ta’ Juventus

EXOR ħabbru li se jkun qed jipproponu lil Gianluca Ferrero sabiex jinħatar President ta’ Juventus wara r-riżenja ta’ Andrea Agnelli. Ferrero hu espert fil-qasam finanzjarju. Fil-fatt hu accountant u awditur ta’ fama internazzjonali. Il-ħatra tiegħu se ssir fit-18 ta’ Jannar 2023. Matthew Scerri

Jirriżenjaw Agnelli. Nedved, Arrivabene u d-Diretturi kollha ta’ Juventus

Permezz ta’ stqarrija uffiċjali, Juventus FC ikkonfermaw li kien hemm ir-riżenja tal-Bord kollu tad-Diretturi, inklużi Andrea Agnelli, Pavel Nedved u Maurizio Arrivabene. Ir-riżenji saru fuq proposta ta’ Andrea Agnelli bil-għan li jinbeda proċess fi ħdan il-klabb għal restructuring li jiggarantixxi amministrazzjoni finanzjarja aħjar. Kollox hu marbut mal-investigazzjoni ‘Prisma’ ovvjament, bl-uffiċċjali ta’ Juventus iridu jwieġbu għall-akkużi […]

Juventus mhux obbligati jixtru għal kollox lil Paredes

Fis-sajf Juventus mhux se jkollhom l-obbligu li jixtru għal kollox lil Leandro Paredes. Fil-fatt skont La Gazzetta dello Sport l-obbligu sar issa dritt ladarba Juventus inqalgħu miċ-Champions League. Dritt li Juventus ma tantx jidhru disposti li jeżerċitaw sakemm Paredes ma jaċċettax li tonqos drastikament il-paga tiegħu, kif ukoll PSG jitolbu inqas mis-somma maqbula fis-sajf (27.8 […]