Entries by Matthew Scerri

Żvelat it-tielet flokk ta’ Juventus

Illum ġie żvelat b’mod uffiċjali t-tielet flokk li Juventus se jkunu qed jużaw f’dan l-istaġun. Hu flokk b’disinn modern ħafna u magħmul kollu kemm hu minn materjali riċiklati. Il-kuluri tal-flokk huma l-blu u r-roża, żewġ kuluri assoċjati mal-istorja tal-klabb Juventin. Fuq l-ispalla hemm l-istrixxi tipiċi tal-flokkijiet tal-Adidas. Dawn l-istrixxi flimkien mal-logos ta’ Juventus u tal-Adidas […]

Qatt ma ġrat das-seklu

L-aħħar darba li Juventus għelbu lil Fiorentina f’partita tas-Serie A fl-iStadio Artemio Franchi ta’ Firenze kien fl-1 ta’ Diċembru 1998 (dakinhar Juventus rebħu 3-0). Fl-aħħar erba’ partiti bejn Juventus u Fiorentina f’darhom kellna tliet draws u telfa għall-Bianconeri. L-aħħar darba li ġrat ħaġa bħal din, jiġifieri Fiorentina bla telfa f’erba’ partiti konsekuttivi tas-Serie A f’Firenze, […]

Il-programm tal-logħob tal-5 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 3 ta’ Settembru 2022, 3.00 p.m. Fiorentina-Juventus: Doveri Is-Sibt 3 ta’ Settembru 2022, 6.00 p.m. Milan-Inter: Chiffi Is-Sibt 3 ta’ Settembru 2022, 8.45 p.m. Lazio-Napoli: Sozza Il-Ħadd 4 ta’ Settembru 2022, 12.30 p.m. Cremonese-Sassuolo: Pairetto Il-Ħadd 4 ta’ Settembru 2022, 3.00 p.m. Spezia-Bologna: Giua Il-Ħadd 4 ta’ Settembru 2022, 6.00 p.m. Verona-Sampdoria: Valeri Il-Ħadd […]

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Fiorentina

Il-plejers mgħajta minn Allegri għall-partita kontra Fiorentina huma: Gowlers: Pinsoglio, Perin, Garofani. Difensuri: De Sciglio; Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Bonucci, Rugani. Plejers ta’ nofs il-grawnf: Locatelli, McKennie, Cuadrado, Kostic, Miretti, Paredes, Fagioli. Attakkanti: Vlahovic, Milik, Kean, Di Maria, Soulé. Matthew Scerri

Bilanċ pożittiv

Arrivabene u Cherubini ħadmu tassew tajjeb u kienu strumentali sabiex fis-suq tat-trasferimenti 2022/23 it-tim ta’ Allegri jissaħħaħ bil-mod li xtaq il-kowc u fil-istess ħin Juventus naqqsu l-valur kumplessi tal-pagi li jħallsu. Meta wieħed iqis il-bejgħ u x-xiri tal-ftehim li ntlaħaq das-sajf (Chiesa mhux jitqies f’dad-diskors biex niftehmu) il-bilanċ hu wieħed pożittiv.

Chiesa fil-lista tac-Champions League

Tħabbret il-lista ta’ plejers li Juventus se jkunu qed jużaw fil-fażi tal-gruppi tac-Champions League 2022-23. L-uniku plejer li tħalla barra mil-lista hu Kaio Jorge peress li fadallu ħalla barra. LISTA A 1 Szczesny 2 De Sciglio 3 Bremer 5 Locatelli 6 Danilo 7 Chiesa 8 McKennie 9 Vlahović 10 Pogba 11 Cuadrado 12 Alex Sandro […]

Juventus f’settlement agreement mal-Uefa

Il-Club Financial Control Body (CFCB) tal-Uefa ffinalizza s-‘settlement agreement’ ma’ tmien klabbs li naqsu milli jonoraw il-prinċipju ta’ break-even kif stipulat mill-Fair Play Finanzjarju bejn l-2018 u l-2022. Il-klabbs huma: Juventus, Milan, Inter, Roma, Monaco, Besiktas, PSG u O. Marseilles. Kull klabb qabel li jirregolarizza s-sitwazzjoni tiegħu fit-tliet snin li ġejjin (Roma u Inter pero’ […]

Uffiċjali t-trasferiment ta’ Zakaria ma’ Chelsea

Juventus ħabbru d-dettalji tal-ftehim ma’ Chelsea sabiex Denis Zakaria jingħaqad mal-klabb Ingliż b’self għal sena. Chelsea se jħallsu 3 miljun Ewro għal das-self, u hemm 1 miljun Ewro ieħor f’bonuses. Is-sena d-dieħla, Chelsea jkunu jistgħu jixtruh għal kollox għal 28 miljun Ewro, flimkien ma’ 5 miljuni oħra f’bonuses. Matthew Scerri