Entries by Matthew Scerri

Weah se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi l-ġimgħa d-dieħla

Il-ġimgħa d-dieħla, probabbli l-Ħamis, Timothy Weah se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi biex wara jiffirma kuntratt ma’ Juventus. Il-winger ta’ Lille se jingħaqad ma’ Juventus li se jħallsu għalih 10 miljun Ewro flimkien ma’ żewġ miljuni f’bonuses. Fil-pjanijiet ta’ Juventus, Weah se jkun l-eredi ta’ Juan Cuadrado. Il-filmat t’hawn taħt jgħinna nibdew insiru nafuh: Matthew […]

Uffiċjali: Paredes jitlaq lil Juventus

Wara Di Maria, Champion ieħor tad-dinja se jitlaq lil Juventus. Tħabbar, fil-fatt, b’mod uffiċjali li Juventus għażlu li ma jixtrux għal kollox lil Leandro Paredes. Hu għaldaqstant se jirritorna ma’ PSG. Matthew Scerri

Futur inċert għal Chiesa ma’ Juventus

Irridu nippreparaw ruħna għal sajf mimli spekulazzjonijiet li jikkonċernaw il-futur ta’ Federico Chiesa. S’issa diġa’ smajna u qrajna ħafna dwaru. Bħas-soltu rridu noqogħdu attenti għax mhux kulma jinkiteb hu bilfors veru. L-uniċi żewġ fatti vera huma: (1) Chiesa għandu kuntratt li jorbtu ma’ Juventus sal-2025; u (2) hemm diversi timijiet interessati fih. Għandna nifhmu li […]

Juventus barra mill-Conference League?

Juventus lesti jaċċettaw li ma jiħdux sehem fil-Conference League fl-istaġun li jmiss. L-aħbar qed tingħata minn Tuttosport, li qed tirraporta kif grupp ta’ avukati u diriġenti Juventini jinsabu f’negozjati mal-Uefa biex tingħalaq il-kwistjoni tal-inkjesta dwar allegat ksur tat-termini tas-settlement agreement tal-2022. Kif nafu Juventus kienu aċċettaw is-settlement agreement propost lilhom mill-Uefa minħabba ksur tal-prinċipji tal-Fair […]

Kampanja Tesseramenti 2023/24 issa miftuħa

I𝗡𝗚Ħ𝗔𝗤𝗔𝗗 𝗜𝗦𝗦𝗔 𝗠𝗔 𝗟’𝗨𝗡𝗜𝗞𝗔 𝗗𝗔𝗥 𝗚Ħ𝗔𝗟 𝗝𝗨𝗩𝗘𝗡𝗧𝗜𝗡𝗜 𝗠𝗔𝗟𝗧𝗜𝗡 Ġ𝗘𝗪𝗪𝗔 𝗕𝗜𝗥𝗞𝗜𝗥𝗞𝗔𝗥𝗔. JEKK QATT MA KONT MEMBRU JEW KONT MEMBRU X’IMKIEN IEHOR AHNA QED NISTENNEWK SABIEX TINGHAQAD MAL FAMILJA TAGĦNA 🫂 📢 𝗠𝗘𝗠𝗕𝗘𝗥𝗦𝗛𝗜𝗣 𝗧𝗔𝗚𝗛𝗡𝗔 𝗦𝗘𝗥 𝗧𝗜𝗚𝗜𝗞 𝗕’𝗫𝗘𝗝𝗡…. 𝗜𝗩𝗔 𝗦𝗘𝗪 𝗤𝗘𝗗 𝗧𝗔𝗤𝗥𝗔.. 𝗕’𝗫𝗘𝗝𝗡! 💥 𝗠𝗔’ 𝗞𝗨𝗟𝗟 𝗦Ħ𝗨𝗕𝗜𝗝𝗔 𝗧𝗜𝗡𝗚Ħ𝗔𝗧𝗔: ✅ 𝗩𝗢𝗨𝗖𝗛𝗘𝗥 𝗧𝗔 €𝟭𝟱 𝗠𝗜𝗡𝗚Ħ𝗔𝗡𝗗 𝗘𝗨𝗥𝗢𝗦𝗣𝗢𝗥𝗧 ✅ 𝗩𝗢𝗨𝗖𝗛𝗘𝗥 𝗧𝗔 €𝟭𝟬 […]

Bħal-lum fil-passat (22 ta’ Ġunju)

Bħal-lum fl-1983 Juventus kienu rebħu l-Coppa Italia għas-seba’ darba fl-istorja tagħhom. Fil-Finali tat-22 ta’ Ġunju 1983, Juventus kienu għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 3-0. Il-gowls waslu minn Rossi u Platini (2). Ta’ min ifakkar li dik il-ħabta l-Finali tal-Coppa Italia kienet tintlagħab fuq żewġ partiti. Juventus kienu tilfu l-ewwel partita bl-iskor ta’ 2-0, imma mbagħad […]

L-aġent: “Cambiaso se jibqa’ ma’ Juventus”

Giovanni Bia, li hu l-aġent ta’ Andrea Cambiaso, kien mistieden illum fuq il-programm ‘Viola Amore Mio’ li jixxandar fuq Radio Firenze Viola. Hu sostna li 99.9% Cambiaso se jibqa’ ma’ Juventus das-sajf, għalkemm ikkonferma li Bologna u klabbs oħra urew interess fih. Ir-rieda ta’ Juventus, minn dak li ntqallu, hi li Cambiaso jkun qed jifforma […]

Wiċċ ġdid fl-istaff tekniku ta’ Allegri?

L-eks captain ta’ Sassuolo, Francesco Magnanelli mistenni jibda jifforma parti mill-istaff tekniku ta’ Massimiliano Allegri. Allegatament kien Allegri stess li offrilu li jibda jaħdem miegħu. Mhux magħruf x’se jkunu l-kompiti ta’ Magnanelli ma’ Juventus. Probabbli li Allegri jridu minħabba l-kwalitajiet ta’ leader barra l-grawnd li hu għandu. Intant, l-istaff tekniku ta’ Juventus fil-jiem li għaddew […]

Taqtigħa kbira għall-akkwist ta’ Frattesi

Davide Frattesi hu l-plejer tal-mument fis-sens li fuqu bħalissa hemm l-attenzjoni tal-klabbs il-kbar tas-Serie A. Juventus, Inter, Milan u Roma jriduh b’saħħa. Fil-pjanijiet ta’ Juventus, Frattesi għandu jimla l-vojt li se jħalli Rabiot. Nafu li Manna kellu minn tal-inqas tliet laqgħat (ikkonfermati) ma’ Carnevali ta’ Sassuolo għalih. L-aħħar laqgħa saret ilbieraħ stess u jidher li […]

Uffiċjali: Di Maria jitlaq lil Juventus

Juventus illum sellmu b’mod uffiċjali lil Angel Di Maria li se jitlaq wara li ntemmlu l-kuntratt ta’ sena li ffirma fis-sajf li għadda. Il-kuntratt ta’ Di Maria mhux se jkun imġedded u issa l-istilla Arġentina se tkompli l-karriera tagħha ma’ Benfica jew ma’ xi klabb tal-MLS. Matthew Scerri