Entries by Matthew Scerri

Cuadrado mistenni jitlaq lil Juventus

Wara tmien staġuni Juan Cuadrado se jkun qed jitlaq lil Juventus das-sajf. L-għażla mhux ċert min ħadha. Hemm sorsi li qed isostnu li Juventus iddeċidew li ma jġeddulux il-kuntratt, filwaqt li sorsi oħra qed jirrapurtaw li kien il-Kolombjan li għażla bidla fil-karriera. Il-futur tiegħu issa jista’ jkun fi Spanja ma’ Valencia jew fit-Turkija ma’ Fenerbahce. […]

Ħadd iktar ma jista’ jilbes il-flokk numru 88 fl-Italja

Il-Gvern Taljan iddeċieda li l-ebda plejer mhu se jkun jista’ jilbes il-flokk numru 88. Ir-raġuni hi li gruppi neonazisti jużaw dan in-numru minflok jiktbu ‘Heil Hitler’ (l-ittra ‘h’ hi t-tmien waħda l-alfabet). Għaldaqstant dan in-numru għandu konnotazzjoni antisemita u mil-lum ‘il quddiem l-ebda partita uffiċjali mhu se jkun possibbli li plejer jilbes il-flokk numru 88. […]

Uffiċjali: Rabiot jibqa’ sena oħra ma’ Juventus

Kmieni waranofsinhar Juventus taw l-aħbar li Adrien Rabiot aċċetta li jibqa’ sena oħra magħhom. Hu kellu offerti importanti, fosthom dik ta’ Manchester United li ilhom warajh mis-sajf li għadda. Madankollu l-għażla tiegħu kienet li jibqa’ ma’ Juventus. Matthew Scerri

Qed jingħad minn kollox dwar Rabiot

Illum kellna aħbarijiet kuntrastanti dwar il-futur ta’ Adrien Rabiot. Il-ġurnata bdiet bl-aħbar li Manchester United fetħu negozjati mal-aġent ta’ Rabiot (li hi ommu stess). Il-klabb Ingliż, u b’mod partikolari l-kowċ tagħhom, ilhom iridu lil Rabiot mis-sajf li għadda u jidher li issa li se jinbidlu s-sidien tal-klabb, se jkollhom iktar riżorsi biex jibnu tim qawwi. […]

Bħal-lum fil-passat (26 ta’ Ġunju)

Dalgħodu qed inwasslulkom filmat li joħodna lura għas-sena 1960 meta proprju bħal-lum Juventus kienu lagħbu partita ta’ ħbiberija kontra Stade de Reims f’dik li kienet tissejjaħ “La Coppa dell’Amicizia italo-francese”. Jiuventus rebħu 2-1 b’żewġ gowls ta’ John Charles.

It-trasferimenti uffiċjali ta’ Juventus s’issa

Plejers li ngħaqdu ma’ Juventus Isem Dettalji Arkadiusz Milik Juventus xtrawh għal kollox mingħand O.Marseille għas-somma ta’ 6.3 miljun Ewro, liema somma se titħallas fi tliet rati. Hemm anki bonus ta’ 1.1 miljun Ewro favur O. Marseille. Milik iffirma kuntratt ma’ Juventus sat-30 ta’ Ġunju 2026. Cambiaso, Pellegrini, Arthur, McKennie, Rovella, Zakaria, Aké u Pjaca […]

Carnevali jispjega kif jinsabu l-affarijiet għal Frattesi

Ic-CEO ta’ Sassuolo, Carnevali, stqarr li hu kellu kuntatt ma’ Roma, Inter u Juventus dwar Frattesi. Skontu, Milan ma avviċinawx lil Sassuolo għal Frattesi minkejja li fuq il-gazzetti qed jinkiteb mod ieħor. Carnevali żied li Frattesi ma esprima ebda preferenza għal xi klabb partikulari. Qalilhom biss li jrid jibqa’ l-Italja. Ta’ min jgħid li Roma […]