Entries by zeronlg

Stqarrija ta’ Juventus dwar l-injury ta’ Bernardeschi

Wara li sofra injury muskolari mat-tim nazzjonali Taljan, Bernardeschi llum sarulu xi testijiet mediċi fil-JMedical. Irriżulta li l-injury tiegħu hu ta’ entità medja. Ħmistax-il ġurnata oħra se jerġgħu jsirulu xi testijiet oħra biex it-tobba jifhmu jekk ikunx fieq jew le. Fi kliem ieħor Bernardeschi se jitlef l-ewwel partita tal-kampjonat. Matthew Scerri

Pjan biex is-supporters ikunu jistgħu jidħlu fl-Allianz Stadium għal Juventus-Sampdoria

Il-Gvernatur tar-reġjun tal-Piemonte, Alberto Cirio żvela llum li hemm pjanijiet biex l-Allianz Stadium jiftaħ mill-ġdid il-bibien tiegħu għas-supporters sa mill-ewwel partita tal-kampjonat kontra Sampdoria. Juventus ħejjew protokoll u issa l-Gvernatur tar-reġjun bagħat id-dokument Roma sabiex ikun mifli u eventwalment approvat mill-Kumitat Tekniku-Xjentifiku. Matthew Scerri

Injury muskolari għal Bernardeschi

Federico Bernardeschi kellu jabbanduna t-training grawnds fejn it-tim nazzjonali qed iħejji għall-partiti kontra l-Bosnija u l-Olanda. Hu sofra injury muskolari u ntbagħat lura Turin minħabba li mhux se jilħaq jirkupra għal dawn iż-żewġ partiti. Matthew Scerri

X’qed jingħad dwar l-allegat ftehim bejn Suarez u Juventus

Il-ftehim bejn Suarez u Juventus li tant qrajna dwaru dal-lejl jidher li jikkonsisti f’kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 8 miljuni fis-sena, apparti performance bonuses oħra. Dawn huma x-xnigħat biss, tajjeb li nkunu ċara dwar dan. Hemm anki għidut li Suarez diġà għamel xi testijiet mediċi peress li Juventus riedu jkunu ċerti li m’għandux injuries li […]

Is-sekwenza tal-partiti ta’ Juventus fis-Serie A 2020-21

Is-sekwenza sħiħa tal-partiti tas-Serie A ta’ Juventus għall-istaġun 2020/21 hi: L-1 Ġurnata: Juventus-Sampdoria It-2 Ġurnata: Roma-Juventus It-3 Ġurnata: Juventus-Napoli Ir-4 Ġurnata: Crotone-Juventus Il-5 Ġurnata: Juventus-Verona Is-7 Ġurnata: Lazio-Juventus It-8 Ġurnata: Juventus-Cagliari Id-9 Ġurnata: Benevento-Juventus L-10 Ġurnata: Juventus-Torino Il-11-il Ġurnata: Genoa-Juventus It-12-il Ġurnata: Juventus-Atalanta It-13-il Ġurnata: Parma-Juventus L-14-il Ġurnata: Juventus-Fiorentina Il-15-il Ġurnata: Juventus-Udinese Is-16-il Ġurnata: Milan-Juventus […]

Dejjem iktar probabbli r-ritorn ta’ Kean

Kulma jmur hu dejjem iktar probabbli li Moise Kean jirritorna ma’ Juventus. Il-Bianconeri jinsabu f’taħdidiet ma’ Everton fuq il-bażi ta’ self għal sentejn bl-obbligu li jixtruh għal kollox fl-2022. Everton jinsabu interessati anki għax Kean ma kellux staġun tajjeb magħhom. Matthew Scerri