Entries by zeronlg

Roma jirrifjutaw offerta kbira għal Zaniolo

Hu fatt magħruf li Zaniolo hu fil-pjanijiet ta’ Juventus … u mhux biss. Ħafna klabbs iriduh b’saħħa. Tottenham, pereżempju, ressqu offerta għalih ta’ 50 miljun Ewro flimkien ma’ 10 miljuni oħra f’bonuses. Roma, però, ma laqgħux l-offerta u minflok qed ikomplu għaddejjin bit-taħdidiet mal-plejer biex jikkonvinċuh jiffirma kuntratt ġdid. Matthew Scerri

Commisso: “Qatt ma kellna offerti għal Chiesa”

Rocco Commisso tkellem dwar Federico Chiesa waqt il-programm Salotto dello Sport imxandar fuq RTV38. Commisso sostna li Fiorentina qatt ma rċevew offerti għal Chiesa. Hu tenna li wiegħed lil Chiesa li jekk tasal offerta tajba għal kulħadd, Fiorentina se jħalluh jitlaq. F’dan l-istadju, però, mhuwiex eskluż li se jibqa’ ma’ Fiorentina. Intant, però, diversi gazzetti […]

Konfermi minn ħu Higuain

Nicolas Higuain, ħu l-attakkant Juventin, ikkonferma li l-Pipita se jkun qed jitlaq lil Juventus u mhux se jilgħab iktar fis-Serie A. F’intervista mogħtija lil Tuttosport, Nicolas Higuain sostna li apprezza ħafna s-sinċerità ta’ Pirlo u issa għaddejjin taħdidiet ma’ Juventus sabiex ikun annullat il-kuntratt. “Ħsibna li Pirlo kien se jagħtih ċans, plejers li skurja 350 […]

Gosens u Hateboer. L-affarijiet jikkumplikaw ruħhom?

Atalanta għadhom kemm bigħu lil Castagne lit-tim ta’ Leicester. Skont l-analisti tas-suq tat-trasferiment, il-bejgħ ta’ Castagne jista’ jfisser li Atalanta ma jridux ibigħu lil Gosens jew lil Hateboer li t-tnejn li huma ssemmew spiss ma’ Juventus das-sajf. Matthew Scerri

Higuain għandu ftehim ma’ Inter Miami

Tyc Sports qed jirrapurtaw li t-telefonata ta’ Beckham lil Higuain wasslet biex instab ftehim ħalli l-attakkant Arġentin jagħżel li jilgħab għal Inter Miami. Allegatament kemm diġà ftehim bejn Higuain u l-klabb Amerikan għal kuntratt ta’ sentejn. Issa jifdal biss li Higuain isib ftehim ma’ Juventus biex ixolji l-kuntratt. Matthew Scerri

Ftehim bejn Juventus u Suarez

Matul il-lejl li għadda faqqgħet l-aħbar li Juventus sabu ftehim ma’ Luis Suarez sabiex ikun jista’ jingħaqad magħhom. Issa jonqos biss, dejjem skont dak li qed ikun irrapurtat, li Suarez isib ftehim ma’ Barcellona sabiex ixoljulu l-kuntratt. Din l-aħbar ġiet mogħtija minn diversi siti u gazzetti. Illum probabbli li se nisimgħu ħafna iktar dwar dan […]

X’qed joffru PSG għal Bellerin

Fl-aħħar ġimgħat qrajtna u smajna ħafna li Hector Bellerin hu l-full-back li Pirlo jrid għat-tim tiegħu. Il-konkorrenza għall-akkwist tiegħu hi tassew qawwija. Nafu li PSG offrew 25 miljun Sterlina flimkien ma’ 5 miljuni oħra f’bonuses. Anki Bayern Munich iriduh, għalkemm s’issa m’hemmx aħbarijiet ta’ offerti għalih min-naħa tagħhom. Arsenal bħalissa qed jilqgħu l-offerti għalih u […]

Martinez jew Dybala minflok Messi

Skont Don Balon, Barcellona se jfittxu s-sostitut ta’ Messi fis-Serie A. F’dawn il-jiem missier Messi se jkollu taħdidiet mal-klabb Spanjol sabiex ikun deċiż il-futur ta’ Messi. Jekk verament naslu għall-punt li Messi jitlaq lil Barcellona, allura l-klabb tiegħu se jkun qed ifittex li jixtri s-sostitut tiegħu. L-ismijiet li qed isiru nafuhom: Lautaro Martinez u Paulo […]