Entries by zeronlg

Inter f’kuntatti mal-aġent ta’ Dzeko

Allegatament Inter qed jippruvaw ifixklu n-negozjati ta’ Juventus għall-akkwist ta’ Edin Dzeko. Fil-fatt jidher li sar kuntatt bejn uffiċċjali ta’ Inter u l-aġent tal-attakkant, Silvano Martina. L-indikazzjonijiet huma, imma, li Dzeko jinsab determinat li jilgħab għal Juventus dis-sena. Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus iħabbru żewġ akkwisti ġodda

Juventus ħabbru li Samuel Iling Jr u Felix Nzouango Bikien iffirmaw il-kuntratti li se jorbtuhom mat-tim Juventin għas-snin li ġejjin. L-ewwel wieħed hu attakkant Ingliż ta’ 17-il sena, l-istess età ta’ Nzouango Bikien hu difensur Franċiż. It-tnejn li huma se jkun qed jiffurmaw parti mit-tim Primavera. Matthew Scerri

Locatelli: “Hi ħolma li qed inkun imsemmi ma’ Juventus”

Għall-ewwel darba Manuel Locatelli tkellem dwar il-futur tiegħu. Hu sostna li ma jinsabx deluż għall-fatt li Milan xtraw lil Tonali minfloku. Locatelli sostna li Pirlo hu l-idolu tiegħu, filwaqt li jħoss li hi “ħolma” li qed ikun imsemmi ma’ Juventus. Matthew Scerri

Suarez se jibqa’ fejn hu?

El Chiringuito Tv, li fl-aħħar snin kien dejjem pjuttost preċiżi fl-aħbarijiet tagħhom, huma tal-idea li Barcellona se jżommu lil Suarez finalment. Fil-fatt għalissa m’għandhomx il-flus għall-akkwist ta’ Lautaro u, fin-nuqqas ta’ possibbiltà li jiffirmaw attakkant ta’ livell għoli, qed jikkunsidraw li jżommu lil Suarez. Matthew Scerri

Aġġornament dwar Dzeko u Suarez

Dzeko jew Suarez. Wieħed minn dawn it-tnejn se jkun l-attakkant il-ġdid ta’ Juventus. Tuttosport qed iġġib fuq l-ewwel paġna tal-lum li l-preferit ta’ Pirlo hu Edin Dzeko. Nafu imma li Roma mhux se jħalluh jitlaq qabel jirnexxilhom jixtru lil Milik. F’das-sens tajjeb ngħidu li skont Il Corriere dello Sport, Napoli u Roma għandhom ftehim għal […]

Beckham tkellem ma’ Higuain. Xejn ġdid dwar il-ftehim biex ixolji l-kuntratt ma’ Juventus

Qed ikun irrapurtat li fl-aħħar sigħat David Beckham innifsu kellem lil Higuain sabiex jikkonvinċih jingħaqad ma’ Inter Miami. L-aħbar ingħatat minn TycSports. Jirriżulta li Juventus mhux se jkunu qed jitolbu flus lil Inter Miami għal Higuain biss qed jittamaw li l-attakkant Arġentin jaċċetta li jxolji l-kuntratt mingħajr ma jieħu somma flus. Matthew Scerri

Il-prezz ta’ Ramsey

Il-prezz li Juventus qed jitolbu għal Aaron Ramsey hu bejn 15 u 20 miljun Ewro skont Calciomercato.com. Hu qed jissemma ħafna ma’ Everton fil-ftehim li jista’ jwassal biex Moise Kean jirritorna ma’ Juventus. Matthew Scerri

De Ligt beda t-taħriġ fil-Continassa

Mill-bieraħ De Ligt beda jsegwi programm personalizzat fil-JTC tal-Continassa. Hu fadallu sa Novembbru barra wara l-operazzjoni li saritlu. It-triq hi twila, imma kull vjaġġ jibda bl-ewwel pass. Konvinti li De Ligt se jidħol lura fl-azzjoni f’Novembru b’saħħtu iktar minn qatt qabel. Matthew Scerri

Chiellini: “Għandi rispett lejn Sarri”

“Kien staġun diffiċli u nqalgħu wisq affarijiet anki barra l-grawnd. Naħseb imma li kulħadd għamel il-massimu tiegħu biex jintlaħaq l-għan li Juventus jirbħu l-kampjonat. Min-naħa tagħna, min-naħa tiegħi, hemm rispett kbir lejn Sarri.” Hekk tkellem Chiellini fil-konferenza tal-aħbarijiet tat-tim nazzjonali Taljan. Jidher, insomma, li mhu veru xejn li kien hemm qasma bejn il-kowċ Juventin u […]