Entries by zeronlg

Agnelli kellu laqgħa f’Casa Milan

Andrea Agnelli llum kellu laqgħa fil-kwartieri ġenerali ta’ Milan, Casa Milan. Għal-laqgħa jidher li kien preżenti anki Zhang. Jidher li t-tliet klabbs il-kbar tal-Italja qed jiftehmu fuq strateġija komuni dwar it-tv rights u l-ftuħ mill-ġdid tal-istadiums sa massimu ta’ 25% tas-seating capacity ta’ kull grawnd. Il-klabbs iridu li l-proposti komuni tagħhom jitressqu u jingħata l-piż […]

Roma-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Roma-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.  Sors: Juventus.com

Roma-Juventus 2-2

L-ewwel eżami serju ta’ Pirlo mar ħażin ferm għalkemm is-soltu Ronaldo rnexxilu jsalva lit-tim Juventin b’doppjetta li fissret punt mhux wisq mistħoqq. Apparti r-riżultat u l-gowls ta’ Ronaldo ma tantx hemm wisq xi tfaħħar fil-partita tal-Bianconeri. Difensivament kienet l-agħar wirja fl-aħħar għaxar snin. Prattikament kull darba li Roma ppruvaw jaqbżu nofs il-grawnd ġew waħidhom kontra […]

Paratici jgħid tiegħu dwar Dzeko u Morata

Fl-intervista mogħtija lil Sky qabel il-partita, Paratici tkellem anki dwar Morata u Dzeko. Fi kliemu min jagħmel il-mercato jrid ikun kreattiv u jagħraf jieħu l-opportunitajiet li jinqalgħu. “Ippruvajt nieħdu lil Morata qabel biss Atletico ma ridux jafu b’self. Komplejna għalhekk ma’ Dzeko u li kieku żblukkat ruħha s-sitwazzjoni ta’ Milik, probabbli li kien jiġi l-Bożniaku. […]