Entries by zeronlg

Uffiċjali: Kif se jibdew Roma u Juventus

ROMA (3-4-2-1): Mirante; Mancini, Ibanez, Kumbulla; Santon, Veretout, Pellegrini, Spinazzola; Mkhitaryan, Pedro; Dzeko.  JUVENTUS (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini, Cuadrado; Kulusevski, McKennie, Rabiot, Ramsey; Morata, Ronaldo. 

Morata mill-ewwel minuta kontra Roma?

Skont Tuttosport, Andrea Pirlo qed jikkunsidra serjament li jibda lil Morata mill-ewwel minuta kontra Roma. Fil-fatt fil-pjanijiet tiegħu jidher li hemm li Kulusevski jilgħab bħala trekwartista wara l-attakkanti Ronaldo u Morata. Jekk dan ikun il-każ allura Ramsey se jkollu poġġi fuq il-bank tas-sostituti. Matthew Scerri

Sitt snin ilu l-ewwel gowl ta’ Morata bil-flokk ta’ Juventus

Sitt snin ilu bħal-lum Alvaro Morata skurja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Kien proprju fis-27 ta’ Settembru 2014, f’partita f’Bergamo kontra Atalanta, li Morata sab ix-xibka għall-ewwel darba ma’ Juventus. Minn dakinhar għaddew sitt snin u min jaf jekk id-destin huwiex se jirriservalu l-ewwel gowl tat-tieni esperjenza tiegħu ma’ Juventus proprju fid-data tas-27 ta’ […]

Commisso dwar Chiesa: “Kollox possibbli”

“Għalissa m’hemm xejn imma kollox jista’ jiġri dil-ġimgħa.” Kliem ta’ Commisso li juru biċ-ċar li verament xi ħaġa qed tinħema dwar Federico Chiesa. L-għidut hu li Juventus qed jagħmlu minn kollox biex ibigħu lil Costa u minfloku jiksbu lil Chiesa b’self għal sena u bl-obbligu ta’ xiri fl-istaġun ta’ wara. Matthew Scerri

West Ham f’kuntatti ma’ Juventus għal Rugani

Allegatament West Ham għamlu kuntatt uffiċjali ma’ Juventus bil-għan li jiksbu lil Daniele Rugani. S’issa jidher li l-Hammers kienu l-uniċi li marru lil hinn minn sempliċi interess f’Rugani. Juventus qed jitolbu somma bejn 20 u 25 miljun Ewro għalih. Matthew Scerri

Jidher fil-qrib il-ftehim ma’ Khedira

Kmieni l-ġimgħa d-dieħla l-aġenti ta’ Khedira se jkunu qed jiltaqgħu ma’ Paratici f’laqgħa li qed tkun deskritta bħala deċiżiva biex jinstab il-ftehim tant mistenni biex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu. Khedira s’issa dejjem irrifjuta li jaċċetta l-ftehim propost lilu min-naħa ta’ Juventus, forsi minħabba l-biża’ li ma jibqax fil-futbol ta’ livell għoli. Issa, però, jidher li […]

Kif x’aktarx se jilagħbu Roma u Juventus

Roma (3-4-2-1): Mirante; Santon, Mancini, Ibanez; Kumbulla, Spinazzola, Veretout, Pellegrini; Mkhitaryan, Pedro; Dzeko. Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, Rabiot, McKennie, Frabotta; Ramsey; Kulusevski, Ronaldo. Sors: Calciomercato.com