Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Standard Liegi

Illum Juventus-Standard Liegi

Illum fis-2.30 ta’ waranofsinhar Juventus se jkunu qed jilagħbu l-aħħar partita ta’ ħbiberija għas-sena 2022. L-avversarji se jkunu Standard Liegi. Il-bibien se jkunu miftuħin għal kulħadd biex ikun iċċelebrat tmiem is-sena. Ta’ min jgħid li fl-4 ta’ Jannar Juventus se jkunu impenjati mill-ġdid fis-Serie A kontra Cremonese.

Matthew Scerri

Imsemmi Mac Allister ma’ Juventus, iżda…

L-aħbar tal-ġurnata, kif mogħtija minn La Gazzetta dello Sport, hi li Alexis Mac Allister qal iva għall-offerta ta’ Juventus. L-aħbar ma sabitx konferma, anzi z-ziju tal-plejer stqarr li saru jafu li Juventus huma interessati fih mill-gazzetti. Brightin qed jitolbu somma bejn 35 u 40 miljun Ewro għalih. Jidher li hemm konkorrenza qawwija għalih, b’Liverpool, Tottenham, Chelsea u A.Madrid lesti jixtruh. Juventus, mill-banda tagħhom, ikunu jistgħu jixtru lil Mac Allister jekk ibigħu lil McKennie.

Matthew Scerri

Aktar gideb… basta jħammġu lil Juventus!

Tkompli l-kampanja ta’ gideb u tfigħ tat-tajn fuq isem Juventus… u kulħadd jibla’ kollox bla ħadd ma jiċċekkja xejn!

Każ tipiku: Walter Sabatini qal li jħossu li serqulu league meta Roma ġew it-tieni b’87 punt. Kliemu eżatt fl-intervista mogħtija lil Corriere dello Sport kien: “Mi sento defraudato. Mentre la Juve faceva quello che le viene contestato, io perdevo un campionato a Roma con 87 punti”.

Issa tajjeb ngħidu li Roma ġabu 87 punt fil-istaġun 2016/17 filwaqt li l-inkjesta Prisma hi bbażata fuq is-snin 2019-2021. Barra minn hekk Sabatini kien irriżenja mit-tim ta’ Roma fil-bidu ta’ Ottubru 2016!

Temmnu xejn minn dak li qed taqra u tisimgħu, ħbieb! U l-Juventus hemm bzonn iqumu mir-raqda tagħhom u jibdew ifittxu għad-danni lil nies bħal Sabatini, Ziliani, Moratti u oħrajn li xebgħu jxerrdu gideb għalxejn!!

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (29 ta’ Diċembru)

L-aħħar partita tal-2018 kienet dik bejn Juventus u Sampdoria fl-Allianz Stadium. Juventus kienu rebħu l-partita b’doppjetta ta’ Ronaldo.

Magħrufa n-nies nominati minn Exor għall-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus

Exor ħabbret illum il-lista tal-ħames persuni li huma se jinnominaw sabiex jiffurmaw parti mill-Bord il-ġdid tad-Diretturi ta’ Juventus. Il-ħames persuni huma: Fioranna Negri, Maurizio Scanavino, Gianluca Ferrero, Laura Cappiello u Diego Pistone. Kif mistenni huma kollha nies qrib ħafna ta’ John Elkann b’expertise fil-qasam legali u kummerċajli. Tnejn minnhom huma saħansitra esperti tekniċi li jaħdmu fil-Qrati ta’ Milan. Il-Bord ta’ qabel kien magħmul minn għaxar min-nies u allura issa hemm eżatt in-nofs. Irridu naraw jekk ix-share-holders l-oħra humiex se jkunu qed jinnominaw persuni oħra fil-bord. Il-ħatra tagħhom tkun uffiċjali fit-18 ta’ Jannar.

Matthew Scerri