Illum Juventus-Rijeka

Illum fis-2.00 ta’ wara nofsinhar Juventus se jilagħbu partita oħra ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għat-tkomplija tal-istaġun minn Jannar 2023. L-avversarji tal-lum se jkunu Rijeka. Probabbli li anki llum naraw ħafna żgħar fil-grawnd peress li hemm diversi plejers neqsin jew li daħlu lura għat-trainingi fil-jiem li għaddew.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (22 ta’ Diċembru)

Video ieħor miġjub lilkom minn ‘Gobbo Maltese’. Fit-22 ta’ Diċembru 1985 intlagħbet il-partita Juventus-Lecce. L-iskor finali kien ta’ 4-0 favur il-Bianconeri.

Bħal-lum fil-passat (21 ta’ Diċembru)

Ftit jiem qabel il-Milied tal-1952 Juventus kienu laqgħu f’darhom lil Roma. Il-partita rat lill-Bianconeri jirbħu 3-2 bil-gowls ta’ Praest (2) u John Hansen.

Filmat: Għaxar raġunijiet għala nħobbu lil Vialli

Bħal-lum fil-passat (20 ta’ Diċembru)

Filippo Inzaghi kien il-protagonist assolut tal-partita bejn Juventus u Salernitana li ntlagħbet bħal-lum fl-1998. Dakinhar hu kien skurja t-tliet gowls li bihom Juventus għelbu lill-avversarji.

27 plejer Juventin rebaħ it-Tazza tad-Dinja

Juventus huma l-klabb bl-akbar numru ta’ plejers tiegħu li rebħu t-Tazza tad-Dinja matul is-snin. B’kollox kien hemm 27 plejer Juventin li saru Champions tad-dinja ma’ pajjiżhom, bl-aħħar tnejn ikunu Di Maria u Paredes li żdiedu fil-lista proprju lbieraħ.

Il-plejers Juventini kollha li rebħu t-Tazza tad-Dinja huma:

Bertolini, Varglien, Caligaris, Borel, Combi, Ferrari, Monti, Orsi u Rosetta (1934)
Foni u Rava (1938)
Zoff, Cabrini, Gentile, Scirea, Tardelli u Rossi (1982)
Deschamps u Zidane (1998)
Buffon, Cannavaro, Del Piero, Camoranesi u Zambrotta (2006)
Matuidi (2018)
Di Maria e Paredes (2022)

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (19 ta’ Diċembru)

Illum il-Youtube Channel ta’ ‘ Gobbo Maltese’ se joħodna lura għas-sena 1971. Proprju fid-19 ta’ Diċembru 1971 kienet intlagħbet il-partita tal-kampjonat bejn Juventus u Sampdoria. L-iskor finali kien ta’ 3-1 favur il-Bianconeri.