Pogba u Chiesa mhux mgħajta għall-partita kontra Nantes

Juventus se jkollhom neqsin lil Pogba u lil Chiesa għall-partita kontra Nantes. It-tnejn li huma għadhom ma rkuprawx mill-injury tagħhom u mhumiex mija fil-mija.

Il-plejers mgħajta minn Allegri huma:

Gowlers: Szczesny, Perin, Pinsoglio.
Difensuri: De Sciglio, Bremer, Danilo, Alex Sandro, Gatti, Bonucci, Rugani.
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Locatelli, Cuadrado, Kostic, Rabiot, Paredes, Fagioli, Barrenechea.
Attakkanti: Vlahovic, Di Maria, Kean, Soulé, Iling-Junior.

Matthew Scerri

Tlett punti u l-bahh

Ghaddiet ohra! Hekk sirt nghid mieghi nnifsi, waslu tlett punti u dik hija l-unika konsolazzjoni li ghandna biex nibqghu telghin il-fuq fil-klassifika kemm jista jkun.

Nixtieq insib xi haga pozittiva mill-partita kontra Spezia izda personalment aktar inkwetatni milli ghamlitli kuragg ghal quddiem. Ir-ragunijiet u d-domandi li naghmel lili nnifsi nahseb li anka intom taghmluhom. Kif jista jkun it-tim taghna jinsab daqshekk hazin fizikament fejn il-players taghna jidhru fejn players ohra tqal u ma jifilhux loghba shiha? Forsi ghax laghbna l-Hamis?! Kif jista jkun li wara kwazi sentejn ghadna ma’ sibnix l-icken sistema ta’ loghob u m’ahniex kapaci nibnu azzjoni denja? Kif jista jkun b’dawk il-players m’ahniex kapaci nqassmu erba’ passes kontinwi tajbin? Kif jista jkun nibqghu nizbaljaw anka l-aktar pass semplici?

Il-bierah ghal miljun darba ergajt rajt traskuragni kbira fil-midfield fejn l-aktar li ma’ nistennihiex minn Locatelli li flimkien mal-bqija tal-midfield kien deludenti immens! Dan it-tim jidher bic-car li riesaq lejn revoluzzjoni kbira ta’ mill-anqas 6 jew 7 players li barra li huma maghsurin waslu fi tmiem tal-kuntratt ma’ Juventus u dik hija parti mil-problema. Izda kif ghidt qabel, l-akbar domanda hija fuq il-preparazzjoni atletika li ta’ kull sena fejn timijiet ohra tidher bic-car li mhix tiffunzjona.

Riesaq perjodu ta hafna loghob u issa aktar minn qatt qabel jehtieg li nsibu forma fizika tajba.

Nittamaw ghal wirja tajba kontra Nantes biex nersqu lejn partita ohra mportanti, dik tad-derby b’moral gholi u aktar konvinzjoni fil-players.

FORZA JUVE DEJJEM

Deluzjoni Ewropeja

Waslet lura l-ewropa ghalkemm Europa League u mhux Champions League xorta rajna l-istess attitudni u l-istess problemi fit-tim, in-nuqqas ta’ kapacita li nzommu ritmu gholi u agressiv tul id-90 minuta u ma’ naghlqu loghba qatt.

Fl-ewwel half konna pjuttost tajbin kemm fil-pusses tal-ballun u kemm fil-heffa fl-azzjonijiet b’di Maria li kien protagonist f’bosta azzjonijiet izda sfortunatament ftit sab kollaborazjoni minn Vlahovic li ghalkemm skurja xorta ghadu mhux kapaci izomm ballun u jakwista fouls jew jghinna navvanzaw azzjoni b’ballun f’saqajh anzi kwazi dejjem jew jitfixkel fil-ballun jew ihallih warajh.

L-istess Federico Chiesa li ghalkemm mindu dahal lura wera kemm huwa mportanti ghalina ghaliex kapaci jbiddel l-andament tal-partita u kien sfortunat meta laqat il-lasta darbtejn fl-istess azzjoni, xorta jidher li dawn l-ahhar loghbiet rega naqqas mill-prestazzjoni. Xi haga normali wara injury gravi bhal ma’ kellu.

Spikkaw bhas-soltu serje ta’ passes hziena tul il-loghba shiha, inkredibbli kemm m’ahniex kapaci naghtu l-ahhar pass tajjeb xi haga li ila ghaddejja stagun shih jekk mhux aktar. Nsemmi biss zewg mumenti decisivi fil-partita tal-bierah; Locatelli kellu jaghti pass semplicissimu lil Cuadrado li kien jgibu wahdu quddiem il-lasta, tah hazin u t-tieni wiehed li kien fatali ghalina ghaliex gie l-gowl tad-dro minnu, l-pass hazin ta’ Fagioli li minnu wassal ghal kontratakk. Miniex inehhi mil-meritu li Fagioli kellu partita tajba u huwa player tal-futur. Mhux l-istess nista nghid ghal Paredes, misteru kbir dan il-player in-nuqqas ta’ motivazzjoni li nara fih. L-istess Rabiot li fl-opinjoni tieghi m’huwiex player kontinwu, waqtiet narah determinat konvint u b’sahhtu u loghbiet ohra kwazi niddeskrivih rieqed fil-pitch u l-bierah kellu wahda minn dawk il-loghbiet nsejhila jien bil-lajma.

Kif ktibt fil-bidu fl-ewropa xorta naraw dejjem listess difetti fil-karattru tat-tim taghna , fragilita u fizikament mahniex il-livell ta’ timijiet la fl-italja wisq aktar fl-ewropa u din hija responsabilta tal-kowc u l-istaff tijaw u hadt aktar li bhas soltu wara l-loghba smajnieh bl-istess skuzi u bl-istess paroli tas-soltu. Qalilna li issa ser immorru hemm u ngibu l-kwalifikazzjoni fi franza! Bil-personalita , bil-fizika , bil-fragilita mentali li tirrenja fit-tim taghna ghandi dubji tieghi kemm ser naghmluwa!

Naturalment fl-ahhar u mhux lanqas assistejna ghal porkerija ohra kontrina li jqabduk id-dardir, qed nirreferi kif tafu ghal penalty car aktar mil-aqwa sistema high definition! Ir-referee baqa sakemm ivvinta foul favur id-difensur u mhux penalty li habbafih ghajtulu mis-sala tal-var! Dan kollhu kulhadd jaf ghaliex, mhux ahna biss imma d-dinja kollha qed tara l-mafjata u tpattija li ghadejja kontrina specjalment u tort ta’ dan kollu ahna nafu ta’ min hi. Dan huwa l-wirt li hallilna Andrea Agnelli warajh bil-glieda tas-super league li kulhadd favurija imma kulhadd mistohbi minbarra l-ex president taghna li issa bhat-timijiet li harbu sparixxa hu ukoll u halla lis-socjeta u lit-tim naqalaw minn kullimkien bis-skiken fl-italja u fl-ewropa!

Kif ktibt fil-bidu fl-ewropa xorta naraw dejjem l-istess difetti fil-karattru tat-tim taghna, fragilita u fizikament m’ahniex il-livell ta’ timijiet la fl-Italja wisq aktar fl-ewropa u din hija responsabilta tal-kowc u l-istaff tieghu u hadt aktar, li bhas-soltu wara l-loghba smajnieh bl-istess skuzi u bl-istess paroli tas-soltu. Qalilna li issa ser immorru hemm u ngibu l-kwalifikazzjoni fi Franza! Bil-personalita, bil-fizika, bil-fragilita mentali li tirrenja fit-tim taghna ghandi dubji tieghi kemm ser naghmluwa!

FORZA JUVE DEJJEM

L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Nantes