Diriġenza magħmula minn esperti fil-qasam legali u finanzjarju

Minn dak li hu magħruf s’issa jidher li mexjin lejn grupp dirigenzjali magħmul minn esperti fil-qasam legali u finanzjarju. Kollha jew kważi ovvjament ġejjin mid-dinja tal-Fiat. Kważi kollha se jkunu persons of trust ta’ John Elkann. L-għan hu li l-klabb ikollu dirigenza b’sahhitha li tilqa’ l-attakki li qed isiru u fl-istess ħin iwettqu restructuring tal-klabb b’risposta għan-nuqqasijiet misjuba mill-awtoritajiet u li wasslu għal dil-kriżi. Ferrero u Scanavino huma biss l-ewwel żewġ pedini. Kollox jindika li din id-dirigenza esperta se tibqa’ tmexxi l-klabb sakemm tgħaddi l-burraxka. La qed nitkellmu fuq Qrati Taljani jfisser li jaf jgħaddu numru ta’ snin sakemm naslu għall-aħħar kelma min-naħa tal-Qrati. Interessanti naraw issa jekk l-istrateġija difensiva ta’ Juventus hix se tkun differenti minn dik tal-individwi: Agnelli, Nedved, Paratici, Arrivabene u l-oħrajn. Irridu naraw jekk Juventus humiex se jiddefendu ruħhom billi jitfgħu l-ħtija fuq l-eks dirigenti, jew inkella l-partijiet humiex se jsegwu strateġija komuni (niddibuta kemm jaqblilhom lil Juventus imma). Issa naraw kif se tevolvi dis-sitwazzjoni.

Matthew Scerri

Ferrero mistenni jkun il-President il-ġdid ta’ Juventus

EXOR ħabbru li se jkun qed jipproponu lil Gianluca Ferrero sabiex jinħatar President ta’ Juventus wara r-riżenja ta’ Andrea Agnelli. Ferrero hu espert fil-qasam finanzjarju. Fil-fatt hu accountant u awditur ta’ fama internazzjonali. Il-ħatra tiegħu se ssir fit-18 ta’ Jannar 2023.

Matthew Scerri

Jirriżenjaw Agnelli. Nedved, Arrivabene u d-Diretturi kollha ta’ Juventus

Permezz ta’ stqarrija uffiċjali, Juventus FC ikkonfermaw li kien hemm ir-riżenja tal-Bord kollu tad-Diretturi, inklużi Andrea Agnelli, Pavel Nedved u Maurizio Arrivabene. Ir-riżenji saru fuq proposta ta’ Andrea Agnelli bil-għan li jinbeda proċess fi ħdan il-klabb għal restructuring li jiggarantixxi amministrazzjoni finanzjarja aħjar. Kollox hu marbut mal-investigazzjoni ‘Prisma’ ovvjament, bl-uffiċċjali ta’ Juventus iridu jwieġbu għall-akkużi ta’ irregolaritajiet amministrattivi-finzjarji. Din l-investigazzjoni wasslet biex il-CONSOB (ir-regolatur biex niftehmu għall-kumpaniji kkwotati fil-Borża) talbet lil Juventus tiċċara diversi punti marbuta mal-accounts tal-klabb. Il-CONSOB tidher li mhix kuntenta bit-tweġibiet mogħtija minn Juventus u għaldaqstant il-Laqgħa Ġenerali tax-share-holders ta’ Juventus ġiet posposta diversi drabi.

F’dan l-istadju Maurizio Scanavino se jinħatar Direttur Ġenerali tal-klabb, filwaqt li Arrivabene se jibqa’ jservi ta’ CEO (b’setgħat limitati ferm) sakemm jinħatar Bord ġdid tad-Diretturi. Il-Bord il-ġdid se jinħatar fit-18 ta’ Jannar 2023. Il-membri tal-Bord tad-Diretturi, minkejja li tefgħu r-riżenja tagħhom, skont kif titlob il-liġi xorta se jibqgħu responsabbli tal-klabb sakemm jinhħatar il-Bord il-ġdid. Huma mhux se jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ġodda, imma se jkunu qed jiggarantixxu li l-klabb jibqa’ għaddej sakemm il-Bord il-ġdid jinħatar u jibda jopera.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Novembru)

Bħal-lum fl-1974 Juventus laqgħu f’darhom lil Ajax għal partita mir-Rawnd tal-Aħħar Sittax tat-Tazza Uefa. Dakinhar il-Bianconeri rebħu 1-0 b’gowl ta’ Damiani.

Juventus mhux obbligati jixtru għal kollox lil Paredes

Fis-sajf Juventus mhux se jkollhom l-obbligu li jixtru għal kollox lil Leandro Paredes. Fil-fatt skont La Gazzetta dello Sport l-obbligu sar issa dritt ladarba Juventus inqalgħu miċ-Champions League. Dritt li Juventus ma tantx jidhru disposti li jeżerċitaw sakemm Paredes ma jaċċettax li tonqos drastikament il-paga tiegħu, kif ukoll PSG jitolbu inqas mis-somma maqbula fis-sajf (27.8 miljun Ewro bonuses u commissions inklużi).

Matthew Scerri